Ħarsa lejn il-grawnds tat-Tazza tad-Dinja

Estadio do Maracana
Estadio do Maracana

Fit-Tazza tad-Dinja li se tkun qed tiġi organizzata bejn it-12 ta’ Ġunju u t-13 ta’ Lulju fil-Brażil se jkunu użati tnax-il grawnd differenti li fihom se jkunu qed jintlagħbu l-64 logħba validi mill-istess kompetizzjoni meqjusa bħala l-iktar waħda importanti fil-futbol mondjali. Il-grawnds huma dawn: Estadio do Maracana, Arena Pantanal, Estádio Nacional Mané Garrincha, Arena Fonte Nova, Arena das Dunas, Arena Pernambuco, Arena da Baixada u Estadio Castelao. F’dan l-artiklu se nkunu qed nagħtu ħarsa dettaljata lejn it-tmien grawnds prinċipali.

Estadio do Maracana
Huwa wieħed mill-ikbar grawnds fid-dinja kif ukoll wieħed mill-iktar popolari. Kien jesa’ mal-200,000 spettatur iżda matul is-snin il-kapaċità massima tiegħu ġiet imnaqqsa u llum jesa’ 78,838 spettatur. Ir-rekord ta’ attendenza ġo dan il-grawnd imur lura għas-16 ta’ Lulju tal-1950 fejn dakinhar kien hemm xejn inqas minn 199,854 partitarju jsegwu l-logħba bejn il-Brażil u l-Urugwaj. Se jkollu l-unur uniku li jospita l-logħba finali tat-Tazza tad-Dinja nhar it-13 ta’ Lulju.

Arena Pantanal
Arena Pantanal

Arena Pantanal
Huwa stadium ġdid li se jkun qed jintuża biex jiġu pprattikati fih diversi sport f’Cuiaba. Ġie inawgurat b’mod uffiċjali fis-26 ta’ April u l-iktar li se jkun qed jintuża se jkun għall-futbol. Se jkun jesa’ 42,968 spettatur.

Estadio Nacional Mane Garrincha
Estadio Nacional Mane Garrincha

Estádio Nacional Mané Garrincha
Dan huwa stadium li jista’ jiġi użat biex fih jiġu pprattikati diversi sport għalkemm bħalissa l-iktar li jintuża huwa għall-futbol. Huwa jesa’ 72,788 spettatur. Inbena lura fl-1974 u ġie msemmi għall-futboler popolari Brażiljan Garrincha.

Arena Fonte Nova
Arena Fonte Nova

Arena Fonte Nova
Huwa rreferut anki bl-isem ta’ Complexo Esportivo Cultural Professor Octávio Mangabeira. Jintuża biss għall-futbol fejn ġie mżanżan fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet fl-2013 u qed jerġa’ jiġi utilizzat matul din it-Tazza tad-Dinja. Jinsab f’Salvador, Bahia u l-iktar li jesa’ huwa 55,000 spettatur.

Arena das Dunas
Arena das Dunas

Arena das Dunas
Huwa stadium li ġie ddisinjat mill-perit ewlieni tal-isport Christopher Lee u li kien ilu jinbena minn Jannar tal-2011 biex jospita logħbiet mit-Tazza tad-Dinja fil-Brażil. Ġie diskritt minn Lee nnifsu bħala l-iktar stadium perfett fl-Amerika ta’ Isfel. Sewa s-somma ta’ 400 miljun Dollaru u jesa’ 45,000 spettatur.

Arena Pernambuco
Arena Pernambuco

Arena Pernambuco
Huwa stadium ġdid li se jkun qed jintuża mhux biss għall-futbol. Jinsab fiż-żona metropolitana ta’ Recife f’Sao Lourenco da Mata u jesa’ 46,160 spettatur. Is-sid tiegħu huwa l-Gvern ta’ Pernambuco.

Arena de Baixada
Arena de Baixada

Arena da Baixada
Huwa rriferut ukoll bħala Estádio Joaquim Américo Guimarães. Jinsab f’Agua Verde fil-viċinanzi ta’ Curitiba, Parana. Huwa wieħed mill-iktar grawnds antiki li qed jintuża f’din it-Tazza tad-Dinja hekk kif infetaħ lura fl-1914 u huwa l-istadium tat-tim popolari Brażiljan Atletico Paranaense li jmexxi u jopera dan l-imsemmi stadium. Jesa’ 28,413 spettatur.

Estadio Castelao
Estadio Castelao

Estadio Castelao
Huwa rriferut ukoll bħala Estádio Plácido Aderaldo Castelo kif ukoll bħala Gigante da Boa Vista. Dan l-istadium ġie inawgurat fil-11 ta’ Novembru tal-1973 f’Fortaleza f’Ceara u l-iktar li jesa’ huwa 67,037 spettatur. Is-sid tiegħu huwa l-Gvern tal-istat ta’ Ceara u huwa l-grawnd tat-tim Brażiljan Ceara Sporting Club kif ukoll tal-klabb Fortaleza Esporte Clube. L-isem formali tiegħu jonora lil Placido Aderaldo Castelo li serva bħala Gvernatur ta’ Ceara mit-12 ta’ Settembru tal-1966 sal-15 ta’ Marzu tal-1971. Dan il-persuna kien fundamentali biex l-istess stadium seta’ jsir realtà.

More in Sports