Filmat | Tibda l-aktar ġimgħa impenjattiva għal Michela

Nhar il-Ħamis Michela tkanta fis-semi finali tal-Eurovision Song Contest

Yendrick Cioffi / 13 ta' Mejju 2019 10:08
Wasalna! Bdiet l-aktar ġimgħa impenjattiva għal Michela hekk kif nhar il-Ħamis li ġej se tkun qed tirrappreżenta lil Malta bil-kanzunetta Chameleon.

Ilbieraħ Michela ħadet sehem fil-ftuħ uffiċjali tal-Eurovision Song Contest u ma naqsux għexieren ta' intervisti minn madwar id-dinja.

Akkumpanjata mill-kontinġent Malti, Michela mxiet fuq it-tapit oranġjo u ltaqgħet u tkellmet mhux biss ma ġurnalisti iżda anke ma' diversi fans.

Minn għada jibdew is-semi finali. Malta se tkun qed tieħu sehemn fis-semi finali ta' nhar il-Ħamis.

Ta' min jgħid li l-kanzunetta Chameleon għadha l-aktar waħda popolari fuq YouTube u l-odds għadhom qed jawguraw tajjeb.

 

Yendrick Cioffi ssieħeb mal-kumpanija Mediatoday fl-2018 wara 4 snin ta' ħidma bħala ġurnalist mas-sit newsbook.com.mt. Cioffi jispeċjalizza fi stejjer soċjali , politiċi u kulturali u għal din l-aħħar sena kien responsabbli għat-tfassil ta' diversi supplimenti dwar festi ta' bliet u rħula differenti