Chameleon hija l-aktar kanzunetta popolari tal-Eurovision fuq YouTube

Il-video tal-kanzunetta Maltija rawh 'il fuq minn seba' miljun persuna

Yendrick Cioffi / 10 ta' Mejju 2019 09:35
Issa uffiċjali! Il-kanzunetta Chameleon li biha Michela Pace se tkun qed tirrappreżenta lil Malta f'Tel Aviv hija l-aktar kanzunetta tal-Eurovision 2019 segwita fuq YouTube.

S'issa, il-video ta' Chameleon rawh 'il fuq minn seba' miljun persuna.

Intant, bħal-lum ġimgħa, Malta se tieħu sehem fit-tieni semi-finali bit-tama li tgħaddi għall-final tas-Sibt 18 ta' Ġunju.

Agħfas hawn biex tara l-ewwel prova ta' Michela f'Tel Aviv

Aqra wkoll:

Yendrick Cioffi ssieħeb mal-kumpanija Mediatoday fl-2018 wara 4 snin ta' ħidma bħala ġurnalist mas-sit newsbook.com.mt. Cioffi jispeċjalizza fi stejjer soċjali , politiċi u kulturali u għal din l-aħħar sena kien responsabbli għat-tfassil ta' diversi supplimenti dwar festi ta' bliet u rħula differenti