Isibhom jisirquh u jtuh xebgħa - serqa fix-Xemxija tispiċċa ħażin

Raġel jinsab ferut fuq il-bankina wara illi sab lil xi nies jisirqu d-dar tiegħu ...

Albert Gauci Cunningham / 9 ta' Mejju 2019 17:22
Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li spiċċa aggredit minn tliet persuni meta qabadhom jisirqu fid-dar tiegħu.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3.30pm fix-Xemxija. Bid-daqqiet li r-raġel qala’ daqqiet f’rasu u spiċċa ħażin u nstab ferut fuq il-bankina u mill-Pulizija li arrestat tliet persuni. 

Albert Gauci Cunningham, 36 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.