Raġel jittajjar minn fuq mutur f'Tas Sliema

It-triq tal-Ferries tingħalaq hekk kif jittajjar raġel li kien qed iwassal xi ikel 

Albert Gauci Cunningham / 8 ta' Mejju 2019 20:47
Ix-xena tal-inċident
Ftit tal-ħin ilu raġel ittajjar minn karozza fiż-żona tal-Ferris f'Tas Sliema. L-inċident ġara fuq jew viċin iz-zebra crossing hekk kif il-karozza tajret il-mutur tad-delivery li kien fuqu r-raġel.

Fuq il-post hemm il-Puzlija u għal xi ħin it-triq kienet magħluqa.

L-ambulanza ħadet lir-raġel Mater Dei  għalkemm s'issa għadha mhux magħrufa il-qagħda tar-raġel.

(Aktar informazzjoni malli taslilna)

Albert Gauci Cunningham, 36 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.