Qorti | 13-il sena u nofs għal attentat ta' qtil f'Ħal Far

Raġel Libjan jingħata sentenza ta' 13-il sena u nofs wara attentat ta' qtil

Albert Gauci Cunningham / 8 ta' Mejju 2019 12:48
Raġel ingħata sentenza ta' 13-il sena u nofs priġunerija wara attakk li kważi ħalla persuna bla ħajja fiċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal Far, fis-sena 2016. 

L-akkużat, ta' 34 sena u Libjan, instab ħati ta' attentat ta' qtil ta' Libjan bħalu wara argument li inizzjalment qal kien minħabba djun. Hu kien nifed lill-vittma.

Ir-raġel kien arrestat u ordnat iħallas €4,927 fi spejjeż.

Albert Gauci Cunningham, 36 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.