Filmat | L-ewwel prova ta' Michela f'Tel Aviv

Ilbieraħ Michela attendiet ukoll għall-ewwel attività f'Tel Aviv 

Yendrick Cioffi / 7 ta' Mejju 2019 09:42
Hekk kif Michela lbieraħ waslet Tel Aviv, illum kien imiss li tagħmel l-ewwel prova tagħha għall-Eurovision Song Contest tal-ġimgħa d-dieħla.

Akkumpanjata mill-kontinġent Malti, Michela Pace ħalliet Malta lbieraħ, hekk kif se tkun qed tieħu sehem fl-ewwel semi-finali tal-Ħamis is-16 ta' Mejju, bit-tama li Malta tgħaddi għall-finali nhar is-Sibt 18 ta' Mejju.

Chameleon hija waħda mill-aktar kanzunetti popolari ta' din is-sena, tant li minn meta ħarġet żammet postha fost l-aqwa għaxar kanzunetti ta' din is-sena.

Il-provi huma meqjusa importanti ħafna, speċjalment għal dawk magħrufa bħala l-book makers, hekk kif wieħed ikun jista' jara l-ispetakklu li l-pajjiżi jkunu se joffru mal-kanzunetta u li jilgħab parti importanti mill-prestazzjoni.

Intant, ilbieraħ Michela kellha l-ewwel attività f'Tel Aviv.

Yendrick Cioffi ssieħeb mal-kumpanija Mediatoday fl-2018 wara 4 snin ta' ħidma bħala ġurnalist mas-sit newsbook.com.mt. Cioffi jispeċjalizza fi stejjer soċjali , politiċi u kulturali u għal din l-aħħar sena kien responsabbli għat-tfassil ta' diversi supplimenti dwar festi ta' bliet u rħula differenti