Priġunier ta' 39 sena jinstab mejjet fiċ-ċella

L-Awtorità tal-Ħabs għaddejja b'investigazzjoni interna

Albert Gauci Cunningham / 13 ta' Marzu 2019 19:09
Illum fil-5:00 p.m. priġunier ta’ 39 sena li kien residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin instab mejjet fiċ-ċella tiegħu. Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Raħal Ġdid qed tinvestiga filwaqt li qed issir inkjesta maġisterjali.

L-Awtorità tal-Ħabs għaddejja b'investigazzjoni interna.

 

 

Albert Gauci Cunningham, 36 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.