Ritratti | Nirien f'lukanda fil-Qawra...residenti u ħaddiema evakwati

Seba' vetturi tat-tifi tan-nar kellhom jissejħu fuq il-post biex jikkontrollaw in-nirien

Yendrick Cioffi / 12 ta' Marzu 2019 13:21
Ritratti | James Bianchi
Ftit tal-ħin ilu kienu rrappurtati nirien f'lukanda li tinsab fil-Qawra.

Minn rapporti, jidher li xi nirien bdew mill-ispa tal-Qawra Palace Hotel.

Seba' vetturi tat-tifi tan-nar, żewġ ambulanzi u anke professjonisti li jaħdmu fid-dipartiment tal-inċidenti maġġuri tal-isptar Mater Dei Hospital jinsabu fuq il-post fejn diversi persuni ngħataw il-kura fuq il-post wara li belgħu dħaħen.

Minkejja li madwar 25 persuna kellhom bżonn l-għajnuna, ħadd ma ddaħħal l-isptar Mater Dei.

Jidher ukoll li kemm l-impjegati u anke r-residenti kollha ġew evakwati u ngħalqu t-toroq fl-inħawi.

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Michael Farrugia mar ukoll fuq il-post.

Yendrick Cioffi ssieħeb mal-kumpanija Mediatoday fl-2018 wara 4 snin ta' ħidma bħala ġurnalist mas-sit newsbook.com.mt. Cioffi jispeċjalizza fi stejjer soċjali , politiċi u kulturali u għal din l-aħħar sena kien responsabbli għat-tfassil ta' diversi supplimenti dwar festi ta' bliet u rħula differenti