20 atleta jieħdu sehem f’kampjonat tal-powerlifting b'uħud jiksbu rekords nazzjonali

Kull atleta ħa  sehem fi tliet refgħat, fl-isquat, fil-bench press u kif ukoll fid-deadlift

Yendrick Cioffi / 1 ta' Marzu 2019 12:07
Wayne Gregoraci
Total ta’ 20 atleta ħadu sehem f’kampjonat organizzat mill-assoċjazzjoni Maltija Drug Free Powerlifting.

Kull atleta ħa  sehem fi tliet refgħat, fl-isquat, fil-bench press u kif ukoll fid-deadlift.

It-tim rebbieħ kien 3Sumo3Cheaters, li hu magħmul minn Matteo Aquilina, Luke Bonanno  u Alwyn Cassar. Dan it-tim kiseb total ta’ 935.57 punt, b’differenza ta’ 60.81 punt bejn it-tim li ġie fit-tieni post.

Wayne Gregoraci ġie l-ewwel mill-atleti rġiel kollha li kkompetew, b’220kg squat, 140kg bench u 275.5kg deadlift fil-kategorija ta’ taħt id-90kg u li biha rnexxielu jikseb rekord nazzjonali f’din il-kategorija.

It-tieni post mill-irġiel kollha ntrebaħ minn Matteo Aquilina li rnexxielu jikseb total ta’ 485kg fil-kategorija ta’ taħt is-67.5kg. Matteo refa’ squat ta’ 175kg, kellu press ta’ 105kg u ġibed deadlift ta’ 205kg.

Anton Mercieca kklasifika fit-tielet post b’180kg squat, 130kg bench press u 210kg deadlift u rnexxielu jikseb 324.53 punt fil-kategorija ta’ taħt it-82.5kg.

Nora Cortina
Fi stqarrija, l-assoċjazzjoni saħqet li tinsab kburija bir-riżultat tal-atleta Nora Cortina li rnexxielha terfa’ 100kg fl-isquat, 60kg fil-bench u 115kg fid deadlift, fil-kategorija ta’ taħt it-63kg. Din kienet l-ewwel kompetizzjoni għal Cortina u ġiet l-ewwel b’total ta 275kg u 240.63 punt.

Mit-teenagers u l-juniors, Kurt Degiorgio ġab l-ikbar ammont ta’ punti. Degiorgio irnexxielu jikseb ’il fuq minn 313- il punt fil-kategorija ta’ taħt is-67.5kg. Huwa ħamel squat 130kg, kellu press ta’ 112.5kg, u refa’ deadlift 167.5kg. Dawn kollha kienu rekords nazzjonali.

Luke Bonanno, Matthew Bonanno kif ukoll Philip Mifsud kollha rnexxielhom jiksbu rekords nazzjonali f’dawn il-kampjonati.

Il-Malta Powerlifting saħqet li tinsab kuntenta ħafna bir-riżultati tal-atleti tagħha u ħerqana għal-kompetizzjoni li jmiss, fit-2 ta’ Ġunju ta’ din is-sena fejn se tiġi organizzata għat-tieni darba s-Single Lift Championships.

Matteo Aquilina, Alwyn Cassar u Luke Bonanno
Kurt Degiorgio
Yendrick Cioffi ssieħeb mal-kumpanija Mediatoday fl-2018 wara 4 snin ta' ħidma bħala ġurnalist mas-sit newsbook.com.mt. Cioffi jispeċjalizza fi stejjer soċjali , politiċi u kulturali u għal din l-aħħar sena kien responsabbli għat-tfassil ta' diversi supplimenti dwar festi ta' bliet u rħula differenti