MEPs jitolbu lil Malta twaqqaf il-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija

MEPs mill-Kumitat tal-Libertajiet Ċivili jgħidu li dan il-programm qed joħloq riskji serji fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus ... 

Albert Gauci Cunningham / 19 ta' Frar 2019 16:48
Il-Membri Parlamentari Ewropej tal-Kumitat tal-Libertajiet Ċivili talbu lil Malta biex twaqqaf il-programm ta' ċittadinanza li permezz tiegħu tbiegħ iċ-ċittadinanza Maltija (Individual Investors' Programme). Din it-talba tiġi hekk kif rapport tal-Parlament Ingliż żvela laqgħat bejn Joseph Muscat, dak iż-żmien Kap tal-Oppożizzjoni u Christian Kalin li jmexxi Henley & Partners, informazzjoni li Muscat qed jiċħad bil-qawwi.

                                                               Ara x'qal l-Parlament Ingliż, il-PM Joseph Muscat u l-PN hawnhekk

L-MEPs qalu illi dawn il-programmi għandhom ikunu mwaqqfa "mingħajr dewmien għax qed joffru riskji serji fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus." 

Apparti dan talbu wkoll biex issir inkjesta indipendenti dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia kif qalu li għandhom ikunu investigati wkoll Egrant u 17 Black. 

 

Albert Gauci Cunningham, 36 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.