Tlieta arrestati fuq serq fl-Imġarr u San Pawl il-Baħar

L-età tal-akkużati tvarja bejn 18 u 34 sena...

Albert Gauci Cunningham / 11 ta' Jannar 2019 11:28
F’iktar ħidma mill-Pulizija tad-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali, waslet għal arrest ta’ tliet persuni.

Dawn il-persuni, li l-età tagħhom tvarja bejn it-18 u 34 sena, kienu qegħdin jiġu investigati wara li kien hemm suspett li setgħu wettqu serq minn ġewwa restorant fl-Imġarr u minn ġewwa residenza f’San Pawl il-Baħar.

L-investigazzjonijiet kienu ta’ suċċess u se jiġu mressqa l-Qorti aktar tard illum, għall-ħabta ta’ 2:15 a.m, quddiem il-Magistrat Dr. S. Grech LL.D.

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.