Żagħżugħ jaqa' l-baħar f'Tas-Sliema u jinstab mejjet ftit wara

Żewġ żgħażagħ sħabu li qabżu għalih iddaħħlu l-isptar wara li ġarrbu xi ġrieħi

Yendrick Cioffi / 9 ta' Jannar 2019 18:24
Żagħżugħ ta' 26 sena tilef ħajtu wara li waqa' l-baħar f'Tas-Sliema llum għall-ħabta tal-4:20pm.

Apparti minn hekk, weġġgħu żewġ żgħażagħ oħra sħabu, li għandhom 26 u 25 sena li qabżu għalih iżda ma rnexxielhomx isibuh minħabba l-mewġ għoli.

It-tliet żgħażagħ huma residenti San Ġiljan iżda huma Ukreni.

Iż-żewġ żgħażagħ ittieħdu Mater Dei fejn kienu ċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief.

Ftit tal-ħin wara, il-Forzi Armati sabu liż-żagħżugħ l-ieor f'Xatt l-Exciles fejn ittella' l-art u ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.