Qorti | Jinżamm arrestat wara li seraq mowbajl mill-Ajruport

 Raġel ta' 48 sena li m'għandux saqaf fuq rasu mixli b'serq aggravat

Liam Carter / 6 ta' Diċembru 2018 12:00
Raġel ta’ 48 sena mingħajr saqaf fuq rasu nżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li seraq mowbajl mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Ir-raġel Bulgaru ġie arrestat wara li nqabad fuq il-kameras tas-sigurtà jieħu l-mowbajl minn fuq mejda f’restaurant.

Huwa ġie mixli wkoll li seraq affarijiet relatati ma’ mowbajls fil-perjodu ta’ bejn l-1 u l-21 ta’ Novembru.
 L-avukat difensur tiegħu sostna li l-akkużat ma kienx ħati ta’ dan is-serq minkejja dan huwa ma talabx għall-ħelsien mill-arrest.

L-akkużat se jinżamm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.