Tliet snin ħabs għal Rumen fuq logħob tal-azzard illegali

...hu aċċetta l-ħtija illi opera jew ipparteċipa f'logħob tal-azzard mhux awtorizzat

Albert Gauci Cunningham / 12 ta' Settembru 2018 15:57
Rumen ta' 50 sena mill-Qawra ingħata sentenza ta' tliet xhur ħabs wara li aċċetta l-ħtija illi kien qed jmexxi operazzjoni ta' logħob tal-azzard kontra l-liġi. 

Hu kien akkużat illi nhar l-4 ta' Settembru u fil-ġranet ta' qabel kien opera jew ipparteċipa f'logħob tal-azzard mhux awtorizzat u li kien qed jagħmel dan fi proprjetà mhux liċenzjata. 

Il-każ instema' quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace. 

 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.