Attenti! Faqqiegħ mhux identifikat...tixtrux jew tieklux

Id-Direttorat tas-Saħħa bi twissija ċara kontra prodott tal-faqqiegħ...

Albert Gauci Cunningham / 12 ta' Settembru 2018 12:49
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva dan id-direttorat mingħand il-kumpanija nvoluta u iktar tard permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li jista’ jkun fih biċċiet żgħar ta’ faqqiegħ ta’ speċi differenti minn dak iddikjarat fuq it-tikketta, liema speċi mhijiex identifikata.


Il-prodott li dwaru ħarġet twissija....
Isem tal-prodott:


Funghi Porcini Secchi Speciali


Ditta:


Baresa


Użin:


30g


Numru tal-lott u Data tad-Durabbilita`:


AS. 30.03.19

 


 


 


 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.