L-avukat ta' Delia jfakkar illi l-AG kien ippublika l-inkjesta tal-inċident PlusOne

....Ikompli jinstema' r-riskors li Adrian Delia kien fetaħ kontra l-Avukat Ġenerali...

Albert Gauci Cunningham / 11 ta' Settembru 2018 12:34
Il-Maġistrat Robert Mangion sema' lill-avukat tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Vince Galea, jirrimarka kif qed jintalab li jingħad minn qabel ix-xhieda fuq xhiex se jixhdu fil-każ li Delia fetaħ kontra l-Avukat Ġenerali u li jitratta l-inkjesta Egrant. Dan allura jfisser li l-Qorti qed tintalab tiddeċiedi fuq ir-rilevanza ta' xhieda qabel biss rat l-atti tal-inkjesta Egrant, kompla jirrimarka Galea.  

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fetaħ rikors kontra l-Avukat Ġenerali wara li dan tal-aħħar irrifjuta li jgħaddi r-rapport tal-inkjesta sħiħa dwar Egrant tal-Maġistrat Aaron Bugeja, lilu. Delia qed jakkuża lill-Avukat Ġenerali illi qed joħloq żbilanċ kontirieh u favur il-Prim Ministru u li allura qed jikser il-Kostituzzjoni.  

Fil-każ tal-inċident li seħħ fl-istabbiliment PlusOne illi fih numru ta' persuni sofrew minn, fakkar Galea, l-Avukat Ġenerali kien ippreżenta l-inkjesta imma fil-każ ta' Egrant ippublika biss parti mill-konklużjonijiet 

Huwa qal li hija soċjetà li tbati, jekk il-Kap tal-Oppożizzjoni ma jkunx jista' jżomm lill-Gvern kontabbli. 

"L-Avukat Ġenerali ħoloq żbilanċ politiku...jiġifieri persuni fil-Partit Laburista għandhom informazzjoni li tista' tintuża politikament," sostna l-avukat f'eku tal-messaġġ ta' Delia fl-aħħar diskorsio politiċi tiegħu. 

 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.