Jintlaħaq ftehim dwar trasport b'xejn għall-istudenti tal-iskejjel kollha

Huwa stmat li minn din il-miżura se jibbenefikaw mat-33,000 student

Yendrick Cioffi / 5 ta' Settembru 2018 11:56
Il-Gvern u l-operaturi tat-trasport tal-iskejjel tal-Gvern, privati u tal-Knisja laħqu ftehim fl-aħħar sigħat li se jfisser trasport b'xejn għall-istudenti kollha tal-iskejjel primarji u sekondarji.

Rapporti fuq siti tal-aħbarijiet, li wieħed minnhom kien retweeted mill-Prim Ministru Joseph Muscat, qed jgħidu li l-kuntratti se jkunu iffirmati fil-jiem li ġejjin.

Sas-sena skolastika li għaddiet, it-trasport għall-iskejjel tal-Gvern biss kien bla ħlas, iżda mis-sena skolastika li se tibda aktar tard dan ix-xahar, it-traport se jkun b'xejn ukoll għall-istudenti tal-iskejjel privati u tal-Knisja.

Huwa stmat li minn din il-miżura, se jibbenefikaw mat-33,000 student.

S'issa għadu mhux magħruf jekk intlaħaqx qbil ukoll dwar is-superviżjoni.

Aktar dettalji kif jaslulna