Aġġornata | Jinstab mejjet l-għaddas żagħżugħ irrappurtat nieqes

Iż-żagħżugħ huwa Neil Zammit ta' 20 sena minn Raħal Ġdid

Yendrick Cioffi / 4 ta' Settembru 2018 09:35
Neil Zammit, l-għaddas ta' 20 sena minn Raħal Ġdid instab mejjet mill-Forzi Armati tal-Baħar fil-baħar fl-inħawi ta' Baħar iċ-Ċagħak.

Kelliema għall-Forzi Armati kkonfermat mas-sit illum.com.mt, li l-katavru taż-żagħżugħ instab għall-ħabta tal-4:00pm.

Iż-żagħżugħ kien irrappurtat nieqes ilbieraħ meta kien qed jgħodos ma sieħbu iżda għal xi raġuni baqa' ma telax f'wiċċ l-ilma.

Jidher li ż-żagħżugħ tbiegħed xi ftit minn sieħbu u kien dak il-ħin laħar li lemħu.

Immedjatament, il-Forzi Armati, il-Pulizija u anke qraba u ħbieb tal-vittma marru fuq il-post biex jgħinu fit-tfittxija.

Intant, illum waranofsinhar, intlemħet ukoll 'ħuta kbira' fl-inħawi tant li l-għaddasa li kienu għaddejin bit-tfittxija ntalbu jitilgħu mill-baħar.