X'qed tgħid l-istilla tiegħek?

L-oroskopju mill-Ħadd 2 ta’ Settembru sas-Sibt 8 ta’ Settembru

Paul Jon / 3 ta' Settembru 2018 10:50
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Iż-żodijaku ta’ Aquarius ser ikun ifisser li trid timxi b’aktar għaqal sabiex fil-ħajja ta’ madwarek. Żomm lilek innifsek ikkonċentrat aktar mis-soltu sabiex minħabba din il-pożizzjoni ma tikkommettix ċertu żbalji li forsi jistgħu jkunu ta’ konsegwenzi imma tkattar dak li ġej u tissaħħaħ.  Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 2, 4, 5 u 6

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Scorpio

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Iż-żodijaku ta’ Pisces ser ikun ifisser mument ta’ ftit aktar tensjoni mis-soltu. Issa minħabba dan int trid tagħraf tikkontrolla kemm lilek innifsek kif ukoll is-sitwazzjonijiet li jistgħu jiżviluppaw. Sfortunatament ġej żmien ftit delikat però finalment se tkun rebbieħ. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: aħdar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 4, 6 u 8

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Virgo

Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Iż-żodijaku ta’ Aries ser ifisser mument ta’ aktar konċentrazzjoni u għalhekk issa li taf dan kollu għandek tagħraf tikkontrolla aktar lilek innifsek u dak li għaddej madwarek sabiex taffaċja dak li ġej b’kalma u trankwillità u b’hekk timmatura.  Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: abjad u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 2,4,6 u 8

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Cancer

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Iż-żodijaku ta’ Taurus ser ikun ifisser mument ta’ aktar paċenzja li dan jaf ikun tajjeb sabiex  timxi aktar b’mod matur u bil-għaqal f’dak li ġej kemm fil-ħidma tiegħek kif ukoll fir-relazzjoni li għandek. Agħraf ikkombina din l-esperjenza sabiex tieħu dak li tixtieq. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3,5, 6 u 8

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Leo

Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Iż-żodijaku ta’ Gemini ser ikun ifisser mument li se jagħmlek aktar agressiv fl-ambizzjonijiet tiegħek. Dan se jkun ta’ sfida għalik u dan ser isarraf biex int turi aktar l-abbiltà qawwija f’dak li int tesprimi u twassal. Agħraf sew din il-fażi.  Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 4, 5  u 7

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Sagittarius

 Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Iż-żodijaku ta’ Cancer ser ikun ifisser mument ta’ aktar kontroll tiegħek innifsek. Fejn is-soltu kont tkun ikkontrollat minn ċertu aspetti tal-ħajja, dan issa sejjer jinbidel kompletament u bħala Cancer se tagħraf tieħu kontroll aktar ta’ dak li għaddej madwarek. Agħraf din l-isfida.  Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 2, 3, 5 u 7

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn  Aquarius

Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Iż-żodijaku ta’ Leo ser ikun ifisser mument li jqawwilek iżjed l-abbiltà tiegħe sabiex b’hekk int tagħraf aktar il-kontroll tal-ħajja personali u anke dak li għaddej madwarek. Dan huwa perjodu li jista’ jkun li int terġa’ tirbaħ dak li tlift jew ħadulek mill-karattru. Kun imħejji aktar. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u aħmar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 2,4, 6 u 8

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Capricorn

Leo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

 Iż-żodijaku ta’ Virgo ser ikun ifisser mument li tagħraf timxi fih aktar b’pass mgħaġġel, fejn jekk is-soltu kont iddum biex tieħu deċiżjoni ssa dan se tibda twettqu b’aktar ħeġġa u dan ifisser li r-ritmu tal-ħajja tiegħek se tieħu direzzjoni ġdida. Agħraf żomm dan il-pass. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 2, 3, 5 u 6

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Taurus

Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Iż-żodijaku ta’ Libra ser ikun ifisser mument li int trid tagħraf aktar dwar il-bilanċ fil-ħajja ta’ madwarek. Għalkemm int se tkun mitluf wara ħafna dwar il-proġetti tiegħek xorta waħda għandek tagħraf il-bilanċ f’dak kollu li hemm madwarek. Żomm il-bilanċ speċjalment fir-relazzjoni. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u abjad

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 5, 6 u 7

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Pisces

Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Iż-żodijaku ta’ Scorpio ser ikun mement inċert f’dak li int trid twettaq. Dan se joħloq ftit ta’ tensjoni fl-iskorpjuni imma trid tagħraf issarraf l-abbiltà magħruga tiegħek biex tkompli miexi b’determinazzjoni u tħares ’il quddiem f’dak li riesaq lejk. Emmen iżjed fik innifsek. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 2, 4, 5 u 8

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Libra

 Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Iż-żodijaku ta’ Sagittarius ser ikun mument ta’ riflessjoni aktar fl-imħabba li għandek minħabba li taf terġa’ tidħol fil-passat tiegħek. Din jaf toħloqlok xi problemi kemm lilek u anke lil ta’ madwarek. Għalhekk agħraf li l-passat huwa ktieb magħluq u b’hekk biss tista’ timxi ’l quddiem. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 5, 7 u 8

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Gemini

 Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Iż-żodijaku ta’ Capricorn ser ikun ifisser li huwa l-mument opportun li tagħraf taħtaf dan il-perjodu fantastika sabiex tkabbar dak li hemm madwarek f’dak li tixtieq. Dan jista’ jitwettaq għax l-enerġija pożittiva li bħalissa għandek madwarek tgħinek tirċievi dak kollu li jista’ jagħmlek aħjar. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 4, 5 u 6

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Aries

 Capricorn huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru