Esklussiva | L-ILLUM tiżvela dettalji ġodda u Dun Felix jitkellem għall-ewwel darba

...ħati ta' 'attenzjoni żejda' fuq 17-il tifel u tifla fl-Italja, imma maħfur mill-Vatikan. Kif iwieġeb għall-akkuża li hu pedofelu? Kif iwieġeb għal akkużi u fatti ġodda ppublikati fil-gazzetta ILLUM? 

Albert Gauci Cunningham / 1 ta' Settembru 2018 23:48
Dun Felix Cini...ħati. Kif jiddefendi lilu nnisfu?
Illum il-gazzetta ta' kull nhar ta' Ħadd ILLUM tiżvela fatti ġodda dwar il-każ ta' Dun Felix Cini. Il-gazzetta ILLUM iċċempel l-Italja, partikolarment Grosseto u anke lill-grupp ta' nies li jirrappreżentaw lil persuni li xi darba kienu abbużati minn membru tal-Kleru fl-Italja. 

Imma iktar minn hekk għall-ewwel darba fi 15-il sena jitkellem Dun Felix Cini, ħati ta’ ‘attenzjoni żejda’ fuq 17-il tifel u tifla, jwieġeb il-mistoqsiiet li qed tistaqsu intom. L-ILLUM tisfida lil Dun Felix Cini bil-fatti, bir-rapporti u bl-akkużi... 

(Aqraw d-dettalji, fatti ġodda u kif wieġeb Dun Cini fil-gazzetta ILLUM jew għafsu hawn

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.