Il-Ministeru jikkonferma li ħadd ma weġġa'; L-iskart se jibqa' jinġabar fil-Magħtab

Il-Ministeru għall-Ambjent qal li l-impjant ma kienx mittiefes min-nirien

Yendrick Cioffi / 31 t'Awwissu 2018 10:17
Ritratt | CPD
Il-Ministeru għall-Ambjent ikkonferma li ħadd ma weġġa' fin-nirien li ħakmu l-miżbla tal-Magħtab kmieni dalgħodu.

Fi stqarrija, il-Ministeru l-impjant tal-Wasteserv ma kienx mittiefes u li l-kumpless tal-Magħtab se jibqa’ jirċievi l-iskart bħas-soltu.

Minkejja li n-nirien jinsabtaħt kontroll, anke l-Ministeru saħaq li jistgħu jieħdu sigħat biex jintfew, saħansitra ġranet.

Sadanittant, il-Ministeru qed jappella biex il-pubbliku jimxi mal-avviżi maħruga mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u d-Direttorat tas-Saħħa Pubblika.