Ritratti | 'Nistgħu nieħdu ġurnata biex nitfu għal kollox in-nirien'

Aktar ritratti tal-ħidma li għaddejja bħalissa minn 30 pumpier fil-Magħtab

Yendrick Cioffi / 31 t'Awwissu 2018 09:49
Ritratt | James Bianchi
Madwar 10 vetturi tat-tifi tan-nar u 30 pumpier jinsabu bħalissa fil-Magħtab jissieltu man-nirien biex jevitaw li dawn ikomplu jinfirxu mill-faċilità tal-Wasteserve.

Fi stqarrija, kelliem għall-Protezzjoni Ċivili qal li l-ħidma tista' tinfirex tul il-ġurnata kollha biex ikun żgurat li n-nirien ġew ikkontrollati kompletament.

Intant, l-Awtoritajiet tas-Saħħa qed iħeġġu lil dawk li joqogħdu fil-viċin biex jibqgħu ġewwa u jċemplu lit-tabib jekk jesperjenzaw xi sintomi.

Aqra d-dettalji kollha hawn.

 

Ritratt| James Bianchi
Ritratt | CPD
Ritratt | CPD