Oroskopju speċjali f’għeluq it-tliet snin mill-paġna fuq l-ILLUM

Imwassal imwassal lilkom minn PaulJon

Paul Jon / 23 ta' Lulju 2018 11:44
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Karriera: hemm bżonn ta’ aktar konċentrazzjoni fil-karriera tiegħek, tkunx sorpriż bil-bidla

Imħabba: hemm bżonn iżżid l-attenzjoni tiegħek sabiex issawwar dak li hemm madwarek

Tbassir: trid tkun aktar moderak f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħajja personali, tajjeb li tħejji skeda. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 25, 26 u 28  

Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Karriera: f’li qed tagħmel hemm ċans li tkompli tikber u titla’ aktar l-iskaluni

Imħabba:l-istabbiltà hi importanti, kun iffokat f’dak li għandek u apprezzah

Tbassir: sib spazju fejn tagħmel iktar eżerċizzju, toħloqx tensjoni bla bżonn. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: aħdar u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 24, 26 u 28

Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Karriera: tibdil li qed idur miegħek mhux tajjeb li taqta’ qalbek minnu, tih ftit żmien

Imħabba: l-uġigħ tal-passat għandu jibda jittaffa’ u ftit ftit ibda ħares ’il quddiem

Tbassir: opportunità li hemm madwarek tajjeb tagħtiha aktar importanza, aħtaf dan. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 23, 24 u 26

Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Karriera: ikkonċentra aktar u agħraf li dak li tista’ twettaq importanti. Iffoka aktar

Imħabba: agħraf, imbagħad ħu deċiżjoni. Toqgħodx fuq li jgħidulek imma fuq dak li tħoss int.

Tbassir: Pjan għal vaganza jkun tajjeb għalik sabiex taqta’ ftit minn dak li qed tħoss. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 25, 26 u 28

Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Karriera: żomm iffukat avolja qed issib triq iebsa quddiemek

Imħabba: wasal iż-żmien li ssib spazju għar-relazzjoni tiegħek issa li int tant iffokat fuq il-karriera

Tbassir: xi kuntant tħoss ċertu biża’, ibqa’ miexi lejn dak li tixtieq. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 23, 25 u 27

Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Karriera: deċiżjoni dwar il-ħidma tiegħek trid tagħtiha importanza, toqgħox tibża’

Imħabba: is-sitwazzjoni tinħass xi ftit kalma madwarek, inti taf x’hemm ġewwa fik.

Tbassir: ċans kbir li se tibdel id-dar fejn toqgħod  u din il-bidla ssarraf f’indipendenza

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  23, 25, 26 u 27

Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Karriera: aħbar li ħadt dan l-aħħar ma għandhiex tkompli taffettwak anzi għolli l-moral

Imħabba: fir-relazzjoni ż-żejjed mhux tajjeb imma n-nieqas agħar. Żomm bilanċ

Tbassir: arja pożittiva riesqa lejk sabiex tħossok l-iljun li int. Din tkun biżżejjed għalik. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u aħmar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  22, 24, 26 u 28

Leo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Karriera: ambizzjoni li għandek fil-karriera taf tkun ta’ xkiel fil-kumplament ta’ ħajtek. Agħraf

Imħabba: taf li ż-żmien qarib wasal biex iżżid fir-ritmu romantiku li għandek. Agħraf żomm bilanċ

Tbassir: bidla f’ħajtek ser tikkawża ċertu konsegwenzi. Agħraf ippjana sew.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 24, 25 u 28

Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Karriera: Int se tibqa’ miftuħ għat-tkabbir imma fiż-żmien li ġej trid tibda tħejji għal ċertu sfidi li ser jinqalgħu

Imħabba: trid tagħraf ma tiħux is-sitwazzjoni bħala garantita! Agħraf li tagħti ħin għal dan

Tbassir: ostaklu li se jinqala’ jaf ikun ta’ fixla għalik jekk ma tagħrafx tikkontrolla. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u aħdar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 23, 25 u 26

Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Karriera: ser ikollok bżonn tieħu xi żmien biex tagħmel analiżi xierqa

Imħabba: il-madwar ibża’ għalih, tħallix sitwazzjoni li tista’ tinqala’ toħloq diżgwid fir-relazzjoni tiegħek.

Tbassir: opportunità riesqa lejk se tkun waħda li timmotivak. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  23, 25, 26 u 28

Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Karriera: qiegħed iseħħ tibdil madwarek u dan għandu jkun ta’ gwadann sabiex tkompli tissaħħaħ

Imħabba: trid tibda tifforma xi forma ta’ relazzjoni ġdida. Jekk il-passat se jibqa’ miegħek m’int se tasal imkien

Tbassir: inutli tieħu deċiżjoni u l-għada tirtiraha. Agħmel kuraġġ

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 25, 26 u 27

Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Karriera: sitwazzjoni ġdida mpoġġija fuqek m’għandhiex tkun ta’ xkiel għalik

Imħabba: fil-ħajja taħseb li tkun għamilt pass għaqli u jiswiek ħażin, tgħallem minn dan

Tbassir: int għandek tagħraf lilek innifsek u titgħallem minn dak li tkun għaddejt.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  22, 23, 25 u 28

Capricorn huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru