X'ġimgħa għandek tistenna skont l-istilla?

 L-Oroskopju mill-1 ta’ Lulju sas-Sibt 7 ta’ Lulju

Paul Jon / 2 ta' Lulju 2018 09:47
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Iż-żodijaku ta’ Aquarius wasal fil-mument li tagħrfu tkunu ftit ħienja magħkom u dan sabiex jinstab ftit spazju għalikom fejn wasal iż-żmien li tibdew taħsbu għalikom ukoll. Huma mumenti fejn trid tasal issolvi xi sitwazzjoni li taf li llum jew għada dawn iridu jitwettqu. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 2, 3, 4 u 5

L-istilla avventuruża għalik ġejja minn Gemini

Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Iż-żodijaku ta’ Pisces jinsab f’mument ta’ enerġija tajba li qed tgħinek tkun aktar organizzat u anke l-parti soċjali qed tkun aktar pożittiva imma peress li qed tkun attiv ħafna hemm bżonn issib ftit ħin ta’ rilassament. Jekk dan mhux ser jintlaħaq taf ma tkunx ikkonċentrat biżżejjed. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: aħdar u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 2, 4 u 5

L-istilla avventuruża għalik ġejja minn Leo

 Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Iż-żodijaku ta’ Aries qed iġiegħlek tara affarijiet bil-kontra u dan qed jikkawża xi fti tat-tensjoni madwarek. Żomm lilek innifsek pożittiv u jekk tagħmel hekk din il-fażi tgħaddi fi ħmistax imma jekk se tkun negattiv trid tagħraf sew. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 3, 5 u 6

L-istilla avventuruża għalik ġejja minn Scorpio

Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Iż-żodijaku ta’ Taurus se jagħmlek tagħraf li trid tkun u trid tibda tħossok aktar sigur u aktar ċert dwar dak li int. Dan huwa importanti ħafna għalik li tibda tħossok hekk aktar u aktar meta l-ħajja ta’ madwarek ser tibda tieħu format differenti minn dak li bħalissa hemm. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 2, 4, 5, u 6

L-istilla avventuruża għalik ġejja minn Capricorn

Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Iż-żodijaku ta’ Gemini qed juri mument ta’ riflessjonijiet. Huwa mument ta’ pjanar u deċiżjonijiet minħabba dak li ġej f’dawn il-ġimgħat issa trid tkun aktar imħejji minn qabel għal dak li riesaq lejk. Għandek bżonn aktar attenzjoni minn qatt qabel minħabba r-responsabbilità li dieħel għaliha. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 3, 5 u 7

L-istilla avventuruża għalik ġejja minn Libra

Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Iż-żodijaku ta’ Cancer fis-sitwazzjoni tal-imħabba tiegħek taħseb li kkalmat mill-att negattiv jista’ jagħti l-każ li s-sitwazzjoni kkalmat ftit minħabba raġunijiet oħra imma int għandek tibqa’ moħħok miftuħ għal dak kollu li jista’ jinqala’. Agħraf sew ħalli tkun ippreparata aktar.

Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 2,4, 5 u 7

L-istilla avventuruża għalik ġejja minn Virgo

Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Iż-żodijaku ta’ Leo wasal il-mument li issa ma tibqax towgħod lura għax dak li għandek f’moħħok trid twettqu huwa żmien opportun għalik. L-importanti li int ikollok fidi ta’ twemmin ġewwa fik li temmen li dak li sejjer tagħmel huwa biss għall-ġid tiegħek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u aħmar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 2, 4u 6

L-istilla avventuruża għalik ġejja minn Taurus

Leo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

 Iż-żodijaku ta’ Virgo għalik dan huwa mument fil-ħajja tiegħek u fejn sejjer biex issir aktar matur u tagħraf ir-responsabbiltà ta’ dak kollu li hemm madwarek. Huwa mument li ħa jagħmlek tagħraf tippjana aħjar tippjana b’inqas tfixkil. Taqtax qalbek u ħares biss ’il quddiem. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 3, 4 u 6

L-istilla avventuruża għalik ġejja minn Pisces

Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Iż-żodijaku ta’ Libra se jagħmlek tagħraf it-tajjeb ta’ dak li int għandek u dan isaħħek aktar u tagħraf aktar l-abbiltà li int tippossedi ġewwa fik. Hekk se tkun tista’ tanalizza dak li ġej lejk jew opportunità li se toffrilek aspetti ġodda. Għalhekk agħraf dan sew. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u aħdar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 2, 4, 5 u 6

L-istilla avventuruża għalik ġejja minn Aquarius

Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Iż-żodijaku ta’ Scorpio se joffrilek opportunità lu tinduna li m’intix tilħaq l-aspettattiva li int kkommettejt għalija. Dan fil-ġimgħat li ġejjin ser joħloq ftit ta’ inkwiet madwarek. Imma jekk minn issa int tibda tirranġa ftit minn dak in-nuqqas is-sitwazzjoni ma tkunx waħda ta’ tant problemi. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 2, 4 u 6

L-istilla avventuruża għalik ġejja minn Aries

Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Iż-żodijaku ta’ Sagittarius se jagħmlek tagħraf iktar f’din il-fażi ta’ paċenzja. Is-sitwazzjoni ta’ madwarek tista’ tieħu xejra b’mod differenti minn dak li hi imma jekk int ħa titlef il-paċenzja dan jaf joħloq sitwazzjonijiet ikkomplikati li żgur mhux ideali. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3,5, 6 u 7

L-istilla avventuruża għalik ġejja minn Cancer

Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Iż-żodijaku ta’ Capricorn bħalissa qed jagħmlek tagħraf aktar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi. Bħalissa żgur qiegħda tħoss li wasalt f’mument fejn trid tara jekk fir-relazzjoni li qiegħda fiha hix ijabbli għalik. Issa hu l-mument li tesprimi b’mod kalm dak li qed tħoss. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  1, 3, 4 u 6

L-istilla avventuruża għalik ġejja minn Sagittarius

Capricorn huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru