X'qed tgħid l-istilla tiegħek?

L-Oroskopju imwassal lilkom minn PaulJon www.pauljon13.com 

Paul Jon / 11 ta' Ġunju 2018 10:15
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Iż-żodijaku għal Aquarius f’dan in-new moon ser ikun mument ta’ riflessjoni dwar dak li hemm għaddej madwarek fil-preżent. Għalkemm forsi tħossok xi ftit konfuż u ma tafx eżatt x’taqbad tagħmel trid tibqa’ kawt u taħseb fil-fond fuq dak kollu li qed idur madwarek. Bil-galbu ser tieħu l-aħjar deċiżjoni.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 10, 13, 14 u 16

L-istilla li se tkun ta’ direzzjoni pożittiva ġejja minn Sagittarius

Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Iż-żodijaku għal Pisces f’dan in-newmoon ser iġib ħsibijiet fil-fond fuq dak li qed taspira li ġej fil-karriera tiegħek. Inti qed tagħraf li ser ikun hemm żviluppi fil-karriera tiegħek u dan ovvjament ser jaffettwa dak li hemm madwarek u trid iżżomm kollox fuq keffa waħda għalhekk trid tkun aktar ikkonċentrar. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: aħdar u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 11, 13, 14 u 15

L-istilla li se tkun ta’ direzzjoni pożittiva ġejja minn Cancer

 Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Iż-żodijaku għal Aries f’dan in-new moon ser ipoġġik taħt tensjoni minħabba dak li għaddej madwarek bħalissa u bla ma trid qed tinqabad taħt il-pressjoni tat-tensjoni u bħal qisek m’intix f’postok għalkollox. Però tajjeb tkun taf li din il-fażi ser tieħu ftit ġimgħat u tgħaddi però ma tridx tkabbarha inti. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 14, 15 u 16

L-istilla li se tkun ta’ direzzjoni pożittiva ġejja minn Leo

Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Iż-żodijaku għal Taurus f’dan in-new moon ser iġib fuqek aktar kalma f’dak li trid twettaq. Fejn is-soltu tkun ftit aktar agressiv sabiex twettaq dak li jkun ġej sabiex jitwettaq issa se tħoss ċertu kalma li għall-ewwel jaf tħassbek xi ftit imma toqgħodx tinkwieta għax mhux tort tiegħek però hi fażi li trid tgħaddi minnha. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:10, 12, 14 u 15

L-istilla li se tkun ta’ direzzjoni pożittiva ġejja minn Virgo

Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Iż-żodijaku għal Gemini f’dan in-new moon ser ikun mument ta’ ftit aktar pressjoni u dan se jiġri minħabba l-ħafna pjanijiet li għandek u li trid twettaq. Dan ser joħloq pressjoni madwarek li taf turik li tlift il-kontroll u għalkemm il-pressjoni se tikber int trid tagħraf issib kif tikkontrollaha. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 13, 14, 15 u 16

L-istilla li se tkun ta’ direzzjoni pożittiva ġejja minn Libra

Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Iż-żodijaku għal Cancer f’dan in-new moon ser ikun mument ta’ ftit eċitament minħabba dak li int tixtieq tara lest madwarek imma minħabba ċertu sitwazzjonijiet dan jaf jikkawża kif fil-mument qiegħek tħossok. Dan mhux ser ikun fit-tul għax f’dawn il-ħmistax se tara xi riżultati. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 10, 12, 13 u 15

L-istilla li se tkun ta’ direzzjoni pożittiva ġejja minn Gemini

Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Iż-żodijaku għal Leo f’dan in-new moon ser ikun mument ta’ aktar enerġija u dan sabiex int ma taqax lura minn dak li hemm ġej għalik fil-mument qarib. Għalhekk sabiex int tkun imħejji se tinbena fik aktar enerġija mis-soltu u grazzi għal dan se tkun kapaċi tlaħħaq mas-sitwazzjonijiet li resqin lejk. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u aħmar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 11, 12, 14 u 16

L-istilla li se tkun ta’ direzzjoni pożittiva ġejja minn Scorpio

Leo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

 Iż-żodijaku għal Virgo f’dan in-new moon huwa mument ta’ aktar tħejjija dwar dak li int qed tippjana. Però din it-tħejjija taf tkun xi ftit  aktar delikata mis-soltu fejn int se tara li tkun aktar imħejjija u ma tħalli xejn barra. Fejn is-soltu ma tiffokax dwar dan din id-darba se tara li se tkun involut sal-anqas dettall. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 10, 12, 14 u 15

L-istilla li se tkun ta’ direzzjoni pożittiva ġejja minn Aries

Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Iż-żodijaku għal Libra f’dan in-new moon huwa mument ta’ aktar ħsieb kif attwalment tkun imdawwar b’aktar bilanċ. Għalkemm tagħmel dak kollu possibbli sabiex tagħraf il-bilanċ, dan l-aħħar xi ħadd madwarek ġibidlek l-attenzjoni li forsi trid tkun aktar ibbilanċjat u dan il-parir ser tagħrfu. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u aħdar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:12, 13, 15 u 16

L-istilla li se tkun ta’ direzzjoni pożittiva ġejja minn Capricorn

Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Iż-żodijaku għal Scorpio f’dan in-new moon huwa mument ta’ aktar riflessjoni dwar saħħtek. Dan huwa żmien fejn għandek iddur ftit aktar miegħek innifsek speċjalment f’saħħtek u tibda ssib ħin għal attivitajiet fiżiċi bħall-gym u mixi. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 10, 12, 14 u 16

L-istilla li se tkun ta’ direzzjoni pożittiva ġejja minn Taurus

Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Iż-żodijaku għal Sagittarius f’dan in-new moon huwa mument ta’ aktar tkattir fl-imħabba li għandek madwarek. Se tagħraf ukoll xi nuqqasijiet u bilmod se tibda tħoss kif għandek tibda tirranġahom sabiex tkun tista’ tagħraf kemm l-imħabba ta’ madwarek tista’ tkun aħjar minn dak li hi llum basta tagħraf sew. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 11, 13, 14 u 15

L-istilla li se tkun ta’ direzzjoni pożittiva ġejja minn Aquarius

Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Iż-żodijaku għal Capricorn f’dan in-new moon huwa mument ta’ tibdil rigward il-mod ta’ kif in se tibda tagħraf jekk in-nies ta’ madwarek humiex ġenwini u dak li mhumiex. Dan se tagħmlu wara li tkun għaraft li kien hemm xi forma ta’ tradiment minn dawk madwarek. Issa huwa l-mument opportun sabiex tagħmel analiżi profonda. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  10, 13, 14 u 15

L-istilla li se tkun ta’ direzzjoni pożittiva ġejja minn Pisces Capricorn huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru