L-Għaqda tar-Referees tikkundana l-kummenti tal-President ta' Balzan

L-għaqda tar-referees tisfida lill President biex jissostanzja l-akkużi tiegħu fil-konfront ta' Pisani

Liam Carter / 10 ta' Mejju 2018 14:50
Fi stqarrija, il-Malta Football Referee Association ikkundannat l-kummenti li għamel fuq il-midja Soċjali, Anton Tagliaferro, President ta' Balzan F.C. L-Assoċjazzjoni sfidat lill-President biex imur quddiem l-awtoritajiet kompetenti bil-provi u jissostanzja l-akkużi li għamel fil-konfront tar-referee. 

Il-President ta' Balzan kiteb il-kummenti tiegħu fuq paġna ta' Facebook ftit wara li ħarġet l-aħbar li r-referee, Clayton Pisani kien se jirtira wara 24 sena fid-dinja tal-futbol.

B'reazzjoni ta' hekk, Tagliaferro kiteb diversi kummenti li fihom għamel diversi allegazzjonijiet dwar Pisani.