X'għandhom xi jgħidu fuqek l-istilel?

L-Oroskopju mwassal lilkom minn PaulJon www.pauljon13.com 

Paul Jon / Yendrick Cioffi / 9 t'April 2018 10:07
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Wara l-qamar kwinta, iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Aquarius wara li dan ser iġib miegħu bosta ċaqliq lejk, int trid tagħraf aktar kif timxi fl-imħabba fejn din se tkun l-aktar sitwazzjoni delikata f’dan il-proċess, kemm mil-latt ta’ mġiba kif ukoll mil-lat emozzjonali. Tipprovax tkun forma teatrali tiegħek. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 9, 10, 11 u 14

L-istilla li l-aktar għandek tevita ġejja minn Scorpio

Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Wara l-qamar kwinta, iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Pisces u dan se jġib miegħu bosta ċaqliq lejk, però l-aktar li int tagħraf lilek innifsek f’dawn il-ħmistax li ġejjin hija fil-karriera. Dan għaliex ser ikun bħal eżami lest għalik u dan jaf ikun fuq diversi temi. Ser ikun eżami li int se tagħraf u li għalih għandek l-abbiltà. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: aħdar u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 8, 9, 11 u 12

L-istilla li l-aktar għandek tevita ġejja minn Sagittarius

Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

Wara l-qamar kwinta, iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Aries u dan ser iġib miegħu bosta ċaqliq lejk. L-aktar li se jkun affettwat huwa l-ħsieb għaliex see tgħaddi minn fażi ta’ ħafna ħsibijiet kemm negattivi kif ukoll pożittivi. Il-ħsibijiet negattivi jafu jħallu impatt fuqek għaliex dan huwa perjodu ftit itwal. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 9, 11, 12 u 14

L-istilla li l-aktar għandek tevita ġejja minn Capricorn

Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Wara l-qamar kwinta, iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Taurus dan ser iġib miegħu bosta ċaqliq. Però l-aktar li se jaffettwak huwa l-ħin. Iva, il-ħin trid tibda tqassmu għalik sabiex issib spazju tirrilassa għax dan donnu spiċċa. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 8, 10, 11 u 12

L-istilla li l-aktar għandek tevita ġejja minn Leo

Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Wara l-qamar kwinta, iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Gemini dan ser iġib miegħu bosta ċaqliq xi ftit iebes għalik speċjalment fejn tidħol il-karriera. Din il-fażi trid tkun fl-aktar mument pożittiv għall-isfidi li ġejjin u jekk tuża moħħok dan jgħaddi. Agħraf aktar u kun kemm jista’ jkun kawt. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 9, 12, 13 u 14

L-istilla li l-aktar għandek tevita ġejja minn Aries

Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Wara l-qamar kwinta, iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal  Cancer  u dan ser iġib miegħu bosta ċaqliq speċjalment fejn tidħol kemm dak li tixtieq għalik u dak li tixtieq fil-karriera tiegħek. Huma żewġ sitwazzjonijiet li għalkemm m’għandhomx x’jaqsmu trid tagħraf il-potenzjal tiegħek f’dan ir-rigward. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 8, 10, 11 u 14

L-istilla li l-aktar għandek tevita ġejja minn Taurus

Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Wara l-qamar kwinta, iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal u dan ser iġib miegħu bosta ċaqliq. Dan l-aktar li ser ikun effettiv huwa fil-mod ta’ kif int se tħares lejn is-sitwazzjoni kollha ta’ madwarek, però hawnhekk trid toqogħod attent għax f’dan l-istadju ċertu sitwazzjonijiet madwarek jafu ma jkunux dak li tixtieq. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u aħmar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 10, 11, 12 u 14

L-istilla li l-aktar għandek tevita ġejja minn Gemini

Leo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Wara l-qamar kwinta, iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Virgo u dan ser iġib għalik bidla dwar kif tippjana l-affarijiet ta’ madwarek. Ser tkun aktar organizzat għalkemm qatt ma kont ħażin fl-ippjanar. Dan ser tarah fil-ħmistax li ġejjin u d-differenza ser tinħass għalhekk kun aktar kawt. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 8, 10, 11 u 12

L-istilla li l-aktar għandek tevita ġejja minn Cancer

Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Wara l-qamar kwinta, iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Libra u dan ser iwassal sabiex tagħraf aktar min vera int. Inutli toqgħod tinħeba wara dik jew l-oħra. Wasal iż-żmien li tagħmel iżjed kuraġġ u appuntu dan mhux se jkun telf anzi ħajtek ser tevolvi iktar. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u aħdar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 9, 10, 12 u 14

L-istilla li l-aktar għandek tevita ġejja minn Pisces

Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Wara l-qamar kwinta, iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Scorpio u dan ser iwassal il-mument ta’ riflessjoni profonda dwar xi deċiżjoni li għandek tieħu. Issa ma tistax toqgħod tilgħab aktar trid tasal għal dik id-deċiżjoni li hemm bżonn li tittieħed sabiex finalment tasal għal forma ta’ deċiżjoni għaqlija u għalhekk tkun aktar int. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 8, 10, 12 8 14

L-istilla li l-aktar għandek tevita ġejja minn Aquarius

Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Wara l-qamar kwinta, iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Sagittarius dan ser ikollu effet fuqek fl-aspett emozzjonali. Għalhekk trid tagħraf ħafna żżomm bilanċ għall-mod sentimentali li sejjer jiżdied ġewwa fik għax jekk int ma tkunx kapaċi żżomm il-bilanċ meħtieġ dan ’il quddiem jista’ jkun ta’ inkwiet li trid tikkontrollah. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Virgo

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 8, 10, 12 u 13

L-istilla li l-aktar għandek tevita ġejja minn  Virgo

Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Wara l-qamar kwinta, iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Capricorn u dan ser ikollu effett fuqek sabiex tagħraf tgawdi ftit aktar il-ħajja ta’ madwarek sfortunatament minħabba li int mehdija b’ħafna preparazzjoni u dan mhux jagħtik iċ-ċans u spazju biżżejjed għalhekk agħraf aħtaf din l-opportunità. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  9, 10, 12 u 14

L-istilla li l-aktar għandek tevita ġejja minn Libra

Capricorn huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru