Karnival | Programm iżgħar għal-lejla

Il-programm tal-lejla fil-Furjana se jkun qed isir nhar il-Ħadd li ġej

Yendrick Cioffi / 13 ta' Frar 2018 13:30
Minħabba x-xita li mistennija tagħmel minn ħin għall-ieħor, l-aktar illejla, ġie deċiż li l-programm tal-lejla jsir qabel u jkun imnaqqas.

Għalhekk il-kompetizzjonijiet taż-żfin u tal-karrijiet se jkunu qed isiru llum waranofsinhar fit-3:30pm fi Pjazza San Ġorġ.

Minn hemm il-karrijiet se jibqgħu sejrin taħt it-tinda fil-Marsa u għalhekk mhux se jsir il-Gran Finale fil-Furjana.

Bħalissa qed isiru l-arranġamenti biex id-defilé tal-Furjana jsir nhar il-Ħadd li ġej.

Ilbieraħ ittieħdet id-deċiżjoni li bejn is-Sibt u l-Ħadd li ġej se jkunu qed isiru wħud mill-attivitajiet tal-Karnival li kellhom jitħassru minħabba l-maltemp.