Ritratti | Għal uħud mid-dilettanti l-Karnival 'spiċċa qabel beda'

Matul il-lejl li għadda, diversi karrijiet ġarrbu ħsara kbira

Yendrick Cioffi / 10 ta' Frar 2018 14:46
Ritratt - Etienne Galea
Id-dilettanti tal-Karnival żgur se jibqgħu jiftakru l-Karnival ta' din is-sena, mhux minħabba s-suċċess iżda għax għal uħud minnhom, il-Karnival spiċċa qabel beda.

Diversi dilettanti tal-Karnival, speċjalment dawk li jarmaw il-karrijiet fil-Belt Valletta, tefgħu ritratti li juru l-ħsara li ġarrbu l-karrijiet.

Ritratt - Etienne Galea
Tant kemm ġarrbu ħsara, li wħud minn dawn il-karrijiet ma jistgħux jintużaw fil-ġranet li fadal.

Ritratt - Etienne Galea
Karrijiet oħra, li jintramaw barra l-Belt, ittieħdu għall-kenn taħt tinda li nbniet apposta fil-Marsa u wieħed jittama li jkunu jistgħu jitgawdew minn għada.

Ritratt - Etienne Galea
Id-Direttur Artistiku tal-Karnival, Jason Busuttil, ikkonferma ma' Illum.com.mt li l-programm tal-lum kellu jitħassar ukoll anke għax hemm ħafna "ħsara teknika."

Il-ballu tal-Karnival, li kellu jsir għall-ewwel darba llejla fi Pjazza Tritoni, se jsir għada filgħaxija.

Ritratt - Etienne Galea