Filmat | Frisk mis-suċċess ta' nhar is-Sibt...il-viżwali tad-diska 'Dai Laga'

Ma' l-ewwel dehra ġie r-raba' fil-Malta Eurovision Song Contest u issa qed iniedi l-viżwal tad-diska li waslitu qrib il-quċċata

Albert Gauci Cunningham / 9 ta' Frar 2018 16:33
Aidan ikanta 'Dai Laga'
Frisk mis-suċċess tiegħu fil-finali tal-Malta Eurovision Song Contest, il-kantant żgħażugħ Aidan għadu kif nieda l-viżwal tal-kanzunetta 'Dai Laga'. Din il-kanzunetta li ġiet ikklassifikata fir-raba' post, titratta l-ħolma ta' żgħażugħ li jgħix kif jixtieq hu, lilhinn min-norma u t-tradizzjoni ta' dak li wieħed suppost jagħmel. Aidan innifsu ħa ħsieb il-lirika u l-kompożizzjoni ta' din l-istess kanzunetta.

Il-verżjoni viżwali ta' Dai Laga ġie maħdum b'direzzjoni artistika u muntaġġ ta' Gary Buġeja, b'Maka Visuals ħadu ħsieb l-animazzjoni u l-filmati ta' Luke Borg f'isem Fadeinmedia.

Wieħed jista' jinnota kif il-verżjoni viżwali ta' Dai Laga, hija l-istess bħad-dehra u l-preżentazzjoni li Aidan preżenta fil-finali tal-Malta Eurovision Song Contest. Mill-grafika, kulur, animazzjoni u anke l-istil u d-dehra ta' Aidan li kien responsabli għaliha l-istilista' Malcolm Gauci.

F'dan il-viżwali tieħu sehem il-mudella Roxanne Mifsud. Permezz ta' dan il-viżwali, il-kantant żgħażugħ Aidanjixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li ħadu ħsiebu fl-ewwel esperjenza tiegħu tal-Malta Eurovision Song Contest, u fuq kollox li dawk kollha li tawh l-appoġġ u emmnu fil-kanzunetta tiegħu Dai Laga, huwa jemmen li il-viżwal ta' Dai Laga huwa rigal lil ammiraturi tiegħu li japrezzaw xogħlu u t-talenti tiegħu.

 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.