It-tiratur William Chetcuti jirbaħ fil-Gran Prix f'Ċipru

William Chetcuti rebaħ il-Grand Prix Internazzjonali ta’ Ċipru fid-double trap....

Albert Gauci Cunningham / 7 ta' Frar 2018 10:37
William Chetcuti
It-tiratur William Chetcuti  rebaħ il-kompetizzjoni tad-double trap fil-Grand Prix ta’ Ċipru u reġa kiseb unur ieħor għal pajjiżna f'dan l-isport. 

Is-Segretarju Parlamentari qal li dan is-suċċess ikompli jagħti kuraġġ lill-Gvern biex jinvesti iktar f’dan l-isport u jħares ’il quddiem biex wara ħafna wegħdi li saru fil-passat, ikun dan il-gvern li fil-ġimgħat li ġejjin jagħti spinta lil dan l-isport b’shooting range ta’ livell internazzjonali.

William Chetcuti rebaħ il-Grand Prix Internazzjonali ta’ Ċipru fid-double trap u kkwalifika meta għamel skors ta’ 26, 28, 28, 26 u 28 għal total ta’ 136 plattina minn 150. Hu kien impressjonanti fil-fażi finali meta laqat 77 minn 80 plattina u għeleb l-isfida ta’ tiraturi tal-ogħla livell.

 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.