L-Oroskopju

Aqra xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa fl-oroskopju mwassal minn Paul Jon

Paul Jon / 22 ta' Jannar 2018 10:06
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Aquarius se jagħmlek tħossok tikkumbatti u m’intix tasal fejn vera tixtieq int. Taqtax qalbek jekk xi kultant ma tarax il-frott li tixtieq mal-ewwel. Jekk tagħraf iżżomm ma’ dak li tixtieq, tasal żgur. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: oranġjo u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 24, 26 u 27

L-istilla li se tħossok rilassat magħha ġejja minn Libra

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Aquarius se jgħinek tibda trattab ftit dik ir-ras iebsa dwar sitwazzjoni li minħabba f’hekk tinħoloq firda bejnek u xi membri tal-familja. Vera li forsi għandek xi raġunijiet partikolari imma wasal iż-żmien biex tibdel din l-emozzjoni sabiex tara kif tħossok. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu u iswed

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 24, 25 u 26

L-istilla li se tħossok rilassat magħha ġejja minn Scorpio

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Aquarius  huwa mument li se jiftaħlek ċertu bibien li fil-passat kienu magħluqin. Għalhekk għandek tagħraf tieħu dak li ġej b’ċertu għaqal imma dejjem żomm saqajk mal-art ħalli dak kollu li ġej ikun biss verament dak li tixtieq inti. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 25, 26 u 27

L-istilla li se tħossok rilassat magħha ġejja minn Capricorn

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu

 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Aquarius se jġib miegħu ostakoli. Agħraf ibqa’ ssielet u kkumbatti għax huwa dan il-pjan li ser ikun dak tal-bidla li int tant għandek bżonn twettaq fiż-żmien qarib. Għalhekk dejjem żomm il-ħeġġa u d-determinazzjoni fik. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: blu u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 24,25 u 26

L-istilla li se tħossok rilassat magħha ġejja minn Pisces

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Aquarius se jibda perjodu ta’ eċitament minħabba dak li tant ħdimt għalih issa jidher aktar fil-viċin. Se tistenna bil-ħerqa r-riżultat li ser joħroġ u li żgur ser jiftaħlek ħafna toroq ġodda u b’hekk tippjana aħjar. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 25, 26 u 27

L-istilla li se tħossok rilassat magħha ġejja minn Saggitarius

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Aquarius ser ikun mument li fih terġa’ ssib lilek innifsek f’sitwazzjoni ta’ inċertezza u ma tafx x’ser taqbad tagħmel. Il-biża’ li tħoss ġewwa fik trid iddawwarha f’kuraġġ u sabiex ma tippermettix lil dan trid tikkumbattih. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 24, 25 u 26

L-istilla li se tħossok rilassat magħha ġejja minn Aquarius

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Aquarius ifisser aktar żmien feliċi riesaq lejk. Agħraf dan u kun kawt għal dak li riesaq lejk. Hu importanti li tieqaf ftit u taħseb fuq affarijiet ferm ’il bod imma kkonċentra fuq dan il-mument, titlifx dak li ġej. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 25, 26 u 27

L-istilla li se tħossok rilassat magħha ġejja minn Aries

Leo huma magħrufin kemm huma nies umli

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Aquarius huwa żmien ta’ opportunità li jekk int tagħraf toħodha tajjeb u bil-għaqal taf tiftaħlek orizzonti ġodda. Ideat ġodda u tkabbir madwarek jekk int tagħraf timxi bil-għaqal. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 24, 25 u 26

L-istilla li se tħossok rilassat magħha ġejja minn Taurus

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Aquarius ser iwasslek sabiex turi kemm int persuna responsabbli f’dak kollu li int għandek madwarek u hekk int tibda tħossok aktar int. Għalissa jekk hemm xi ħsieb ta’ xi tibdil agħraf biss ir-responsabbilità. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u abjad

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 23, 24 u 26

L-istilla li se tħossok rilassat magħha ġejja minn Virgo

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna

 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Aquarius se jagħmlek tħossok sodisfatt kemm fix-xogħol tiegħek kif ukoll fir-relazzjoni. Dan iż-żmien feliċi jkompli fil-jiem li ġejjin u int tkompli tkattar aktar dak li qed tħoss. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 24, 26 u 27

L-istilla li se tħossok rilassat magħha ġejja minn Leo

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

 

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Aquarius huwa żmien fejn int trid tagħraf aktar lilek innifsek u tiffoka għal dak li int trid u li verament taf li huwa tajjeb għalik. Tafdax nies li tradewk darba jew tnejn. Jekk int iżżomm sod f’dak li twetta tara kemm tħossok aħjar. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 25, 26 u 27

L-istilla li se tħossok rilassat magħha ġejja minn  Cancer

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Aquarius ser jgħinek tagħraf min huma l-vera ħbieb tiegħek u dawk li jippretenduha biss; li qegħdin hemm biex jaraw l-iżvilupp u xejn aktar. Għalhekk issa iftaħ moħħok u agħraf lil min vera għandek tafda. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 24, 25 u 26

L-istilla li se tħossok rilassat magħha ġejja minn Gemini

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom