L-Oroskopju

Aqra xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa fl-oroskopju mwassal minn Paul Jon

Paul Jon / 6 ta' Novembru 2017 15:29
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla Scorpio għal Aquarius dan il-perjodu se joffrilek opportunità pożittiva immens f’kull sitwazzjoni li għal dawn il-ġimgħat se tiltaqa’ magħhom imma jekk temmen fik innifsek kapaċi tegħleb kull ostaklu li jiġi quddiemek. Dan huwa żmien pożittiv għalik sabiex tagħraf aktar il-kontroll tiegħek innifsek u hekk int tkabbar dak li hemm madwarek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Scorpio se tkun ta’ għajnuna għalik ġejja minn Gemini

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla Scorpio għal PPisces ifisser li trid toqgħod aktar attent minn dak li forsi s-soltu ma kontx tatih l-importanza mixtieqa. Trid tagħraf li qiegħed f’perjodu ta’ tkabbir fil-ħajja tiegħek u għalhekk tajjeb tkun ftit aktar imħejji u ovvjament tagħti ftit aktar attenzjoni sabiex int tkun tista’ ssaħħaħ dak kollu li qed tippjana/ Agħraf dan il-mument jekk verament trid it-tkabbir ta’ madwarek jirnexxi. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Scorpio se tkun ta’ għajnuna għalik ġejja minn Cancer

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla Scorpio għal Aries ser ikun ifisser li trid trattab dik ir-ras iebsa li jaf ikollok minn mument għal ieħor. Dan għaliex taħt dan iż-żodijaku aktar minn qabel ser ikun effettiv ċertu ebusija fik. Dan jaf ikun ta’ xkiel kemm mil-lant ta’ karriera u wisq aktar fir-relazzjoni li għandek. Għalhekk jista’ jkollok aktar mument fejn trid tagħraf trażżan it-twebbis ta’ rasek.

Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta    

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Scorpio se tkun ta’ għajnuna għalik ġejja minn Leo

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu

 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla Scorpio għal Tauser ser ikun mument ta’ taqbida sabiex tagħraf timxi b’moħħok aktar milli b’qalbek. Għal dawn il-ftit ġimgħat qalbek ħalliha fil-kexxun. Sabiex int tkun tista’ timxi fuq dak li taħseb bl-għaqal ta’ moħħok. Jekk jirnexxielek tagħmel dan se tasal f’aktar sitwazzjonijiet pożittivi milli kont kieku użajt qalbek. Agħraf dan il-mument li jista’ jgħinek tagħraf aktar lilek innifsek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Scorpio se tkun ta’ għajnuna għalik ġejja minn Virgo

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla Scorpio għal Gemini, ser ikun mument ta’ toroq aktar miftuħa mimlija opportunitajiet kemm fil-karriera tiegħek u anke jekk għandek relazzjoni. Taħt dan iż-żodijaku ser ikollok xejra ta’ tibdil pożittiv però bħalissa l-aktar li qed tispikka hija l-linja tal-karriera fejn hemm ħafna tibdil pożittiv però int trid tkun moħħok hemm u aktar iffukat sabiex tkompli tibrilla fil-qasam ta’ madwarek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Scorpio se tkun ta’ għajnuna għalik ġejja minn Libra

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla Scorpio għal Cancer, ser ifisser li se tiċċaqlaq għal aktar stabbilità ta’ dak li ilek tant tiffoka fuqu. Issa grazzi għaż-żodijaku ta’ Scorpio se tkun iffokat aktar mis-soltu u dan jawgura tajjeb sabiex dak li int tant tixtieq jibda jagħtik sodisfazzjoni. Agħraf żomm bilanċ mat-tkomplija tal-ħajja u b’dan l-istess bilanċ tkabbar fejn tixtieq. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Scorpio se tkun ta’ għajnuna għalik ġejja minn Saggitarius

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom

 

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla Scorpio għal Leo, dan ser joffri aktar stabbiltà fl-abbilità tiegħek fejn f’dan il-perjodu m’għandekx għaliex isserraħ fuq il-pariri ta’ ħaddieħor. Li tisma’ parir dejjem hu ta’ gwida għalik- asal s’hemm Taħt iż-żodijaku ta’ Scorpio int għandek tkun b’saħħtek biżżejjed sabiex tasal għal konklużjonijiet kważi mingħajr ebda parir. Agħraf aktar l-abbilità tiegħek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Scorpio se tkun ta’ għajnuna għalik ġejja minn Scorpio

Leo huma magħrufin kemm huma nies umli

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla Scorpio għal Virgo, int ser tkun aktar stabbli f’dan il-perjodu. Jekk kif int tagħraf dan il-perjodu ta’ stabbilita, agħraf aħtaf l-opportunità sabiex tagħraf timxi aħjar fil-karriera li qed tagħżel. Agħraf aktar sib spazju għalik innifsek, anke ħin għall-eżerċizzju. Jekk qiegħed f’xi relazzjoni dan huwa wkoll żmien ta’ mħabba aktar safja. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Scorpio se tkun ta’ għajnuna għalik ġejja minn Capricorn

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla Scorpio għal Libra huwa perjodu li se tagħraf aktar il-bżonnijiet personali tiegħek; l-aktar dawk li jolqtu lilek direttament. Għalhekk agħraf dan il-perjodu sabiex iddur dawra mieghek innifsek sabiex meta jasal il-mument ta’ pressjoni fil-karriera tkun aktar imħejji u tagħraf tilqa’ dak li jkun riesaq. Agħti ħarsa sew madwarek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Scorpio se tkun ta’ għajnuna għalik ġejja minn Aquarius

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna

 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla Scorpio  għallistess Scorpio dan ser jagħmlek attent tul dan il-perjodu li fih trid tagħraf tiddeċiedi dwar xi affarijiet li ġejjin lejk. Dan huwa perjodu delikat għalik li taqa’ taħt dan iż-żdijaku. Din is-sitwazzjoni taf toħloq ċertu nervi fik u għalhekk trid tagħraf iżżomm kawt kemm tista’ sabiex ma tagħmilx deċiżjonijiet żbaljati imma tagħraf tkun aktar iffokat.  Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Scorpio se tkun ta’ għajnuna għalik ġejja minn Pisces

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

 

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla Scorpio għal Sagittarius ser iġib miegħu ftit tfixkil bejn dak li kien hemm fl-imħabba tal-passat għal dik li għandek fil-preżent. Dawn il-ħsibijiet taħt iż-żodijaku ta’ Scorpio jaf joħolqu fik ftit tal-kunfużjoni. Għalhekk int għandek tiffoka biss fuq dak li għaddejja minnu fil-preżent għax jekk titfa’ l-ħsibijiet lura fil-passat se tiftaħ ferita li tkun aktar ta’ dannu milli taħseb. Namaste.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Scorpio se tkun ta’ għajnuna għalik ġejja minn Aries

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla Scorpio għal Capricorn dan sejjer joħloq xi ftit ta’ tensjoni aktar mis-soltu. Dan l-aktar li se jaffettwak huwa kemm mal-ħbieb tiegħek imma jaf ikun effettiv fir-relazzjoni li għandek. Taf tkun ħafna aktar bin-nervi u tibda tara kollox qisu ġej ħażin. Issa jekk tagħraf tilqa’ għal dan li ġej dan ikun perjodu qasir imma jekk titkaxkar mal-kurrent dan jaf jikkawża perjodu itwal. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Scorpio se tkun ta’ għajnuna għalik ġejja minn Taurus

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom