Filmat | Partitarji tal-United iwaddbu platt lil Pogba f'ristorant Indjan

Pogba irrifjuta li jiffirmalhom u ħassewhom li ġew diżrispettati

John Busuttil / 3 ta' Marzu 2017 09:43
Jumejn ilu, f'ristorant Indjan f'Manchester inqalgħet tilwima bejn partitarji tal-Manchester United u l-istilla tat-tim tagħhom li swiehom madwar 100 miljun ewro, Paul Pogba.

Dan tal-aħħar kien qed jiekol għall-kwiet ma' xi ħbieb tiegħu u meta marru dawn il-partitarji biex jiffirmalhom, dan irrifjuta li jagħmel dan għax qalilhom li kien qed jiekol mal-ħbieb. Dawn ħassewhom offiżi u diżrispettati u filwaqt li waddbulu platt, spiċċa f'rokna b'dawn il-partitarji jippruvaw jattakkawh. Il-ħaddiema tar-ristorant ċemplu lill-pulizija iżda sa ma waslu, kien waqaf kollox.

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.