Wirja ta’ l-arti maltija fil-Parlament Ewropew: Fid-dawl ta’….. Malta

It-Talent artistiku Malti jiżboq fil-kuriduri tal-Parlament Ewropew

John Busuttil minn Brussell / 20 ta' Frar 2017 15:08
City Lights – Celia Borg Cardona
Dan l-aħħar żort wirja ta’ xogħlijiet tal-arti Maltin mill-kollezzjoni tal-arti tal-Parlament Ewropew. Din il-wirja hi organizzata mill-Presidenza Maltija bil-għan li sservi ta’ riferenza edukattiva dwar l-isfond u l-wirt artistiku tal-artisti li għandhom ix-xogħol tagħhom esebit hawn u li tiipriserva u tippromwovi l-kontribut tagħhom għal wirt kulturali Ewropew.

Dawn ix-xogħlijiet qed jittellgħu għall-ewwel darba minn wara li nxtraw wara l-adeżjoni tal-pajjiż fl-2004. Il-Parlament Ewropew għandu kollezzjoni li tħaddan aktar minn 500 pittura, skultura u xogħol artistiku ieħor mill_istati Membri kollha tal-UE u minn pajjiżi oħra. Ix-xogħlijiet tal-arti Maltin huma parti żgħira, imma ċertament unika. It-tema tal-Presidenza, ‘Fid-Dawl ta’ ….Malta’ dawn il-pitturi jġibu magħhom id-dija u x-xemx tal-Mediterran. Xogħlijiet li skont Catherine Bearder li hi l-kwestur responsabbli għax-xogħlijiet tal-arti fil-Parlament Ewropew, “jgħinuna nifhmu l-karatteristiċi ewlenin tad-dinja tal-arti kontemporanja f’Malta, fejn jitħalltu u jintgħaġnu flimkien diversi kulturi u influwenzi storiċi. Jirrapreżentaw diversi movimenti u ġenerazzjonijiet, tekniki u kunċetti differenti. Iżda l-użu speċifiku ta’ kuluri sħan hu rabta komuni bejniethom ilkoll.”

 

Dawk il-pitturi mill-kollezzjoni tal-arti tal-Parlament Ewropew  u li huma esebiti fil-bini tal-Parlament Ewropew ġejjin minn sitt artisti Maltin
  • F’Xatt il-Birgu – Celia Borg Cardona
  • Tormento Rosso – Pawl Carbonaro
  • Portrait of Alexi with a glass – Madeline Gera
  • Poi piovve dentro – Teresa Sciberras
  • Waves in a Storm – James Vella Clark
  • Veduta mit-tieqa – Kenneth Zammit Tabona


Parti mill-wirja ta’ arti Maltija fil-Parlament Ewropew
 

Iżda magħhom żdiedu 13-il biċċa xogħol oħra mill-kolezzjoni tal-arti ta’ Malta

Waves in a Storm – James Vella Clark
City Lights – Celia Borg Cardona

Abstract – Alfred Chircop

Screen – Marco Cremona

Grand Harbour Valletta – Madeleine Gera

Now - Anna Grima

Untitled – John Grima

Beyond the Boundaries – Luciano Micallef

Island No 8 – Teresa Sciberras

Abstract – Anthony Spagnol

Wied il-Għasel – Jesmond Vassallo

Ta’ Liesse – Jesmond Vassallo

View of Senglea across Grand Harbour – James Vella Clark

Late Autumn in Malta – Kenneth Zammit Tabona