Illejla l-ikbar kunċert tal-Valletta International Baroque Festival

Serata ta' mużika klassika fil-Kon Katidral ta' San Ġwann

13 ta' Jannar 2017 10:38
Ensemble Correspondances
Fl-isfond ta' wieħed mill-isbaħ katidrali fl-Ewropa, il-Kon Katidral ta' San Ġwann fil-Belt Valletta, illum se jkun qed isir il-kunċert Charpentier Te Deum biex jikkommemora t-tmexxija ta' Malta tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Dan il-kunċert li jibda fis-7.30pm, huwa parti minn xahar sħiħ ta' xalata ta' mużika klassika fil-ħames edizzjoni tal-Valletta International Baroque Festival.

Il-kunċert tal-lejla se qed jara lil Ensemble Correspondances jippreżentaw dan it-Te Deum, taħt id-direzzjoni ta' Sébastien Daucé. 

Il-Valletta International Baroque Festival beda lbieraħ u se jibqa' għaddej sat-28 ta' Jannar.

Matul dan ix-xahar, din il-gazzetta se tkun qed taġġorna lill-qarrejja dwar il-kunċerti ta' dan il-festival.