‘Fi tliet xhur ikkonkwistajt l-Ingilterra’

Wissa lic-Chelsea li mal-ewwel żelqa tagħhom se jsibu lilu u lit-team tal-United jaqbżu fuqhom

John Busuttil / 13 ta' Jannar 2017 09:15
Zlatan Ibrahimovic qal f’intervista li wara biss tliet xhur irnexxielu jikkonkwista l-Football Ingliż u fl-istess waqt wissa lic-Chelsea bie xjoqogħdu attenti li ma jiżolqux għax isibu lil United jaqbżu fuqhom.

Il-Unites qed ifittxu li jakkwistaw is-seba rebħa suċċessiva fil-kampjonat u l-10 waħda mill-kompetizzjonijiet kollha, kontra Liverpool nhar il-Ħadd. Rebħa għal Unites tfisser li t-team ta’ Mourinho jispiċċa biss żewġ punti taħt ir-rivali tagħhom ta’ Merseyside.

Ibrahimovic li fil-kampjonat fala biss partita kontra Arsenal għax kien sospi qed ifittex li jiskorja t-12-il goal tiegħu fit-12-il partita li se jkun lagħab.

Għalkemm għandu 35 sena l-attakkant Svediż jinsab biss goal wieħed inqas mill-aqwa skorer tal-Kampjonat, Diego Costa. Hu qal li hu ma jinteressahx li jilħaq lil Costa iżda li diġa sab saqajh sew fil-Kampjonat Ingliż u li t-team beda jingħaqad sew u se jagħmlu minn kollox biex jilħqu lil Chelsea li bħalissa jinsabu 10 punti fuqhom. “L-għan tiegħi li nirbaħ il-Premiership. Issa jekk nirbaħ l-aqwa skorer ukoll dak ikun bonus sabiħ” qal Ibra.

 

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.