Is-CEO ta' Mater Dei jiċħad illi rreżenja jew li għandu pjani li jirreżenja

...wara li fi stqarrija ftit tal-ħin ilu l-PN staqsa jekk hux vera li Ivan Falzon abbanduna l-Isptar 'fl-agħar mumenti tiegħu'

Albert Gauci Cunningham / 10 ta' Jannar 2017 18:04
Il-Kap Eżekuttiv ta' Mater Dei Ivan Falzon
'Niċħad kategorikament li rreżenjajt jew li għandi pjan illi nirreżenja.' Hekk sostna mal-illum.com.mt il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei  Ivan Falzon, mumenti biss wara li l-Partit Nazzjonalista ħareġ stqarrija illi fiha implika li Falzon 'abbanduna' dmirijietu.

Fl-istqarrija tiegħu il-PN qal hekk: 'Chris Fearne għadu ma kkonfermax jekk il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei abbandunax il-vapur fl-agħar mumenti ta’ kriżi u rriżenja mill-kariga tiegħu.' 

Minkejja dan, f'kumment ma' dan is-sit Falzon ċaħad u qal illi fil-ħin tat-telefonata kien ix-xogħol. 'Jien hawn qiegħed ix-xogħol u qed naħdmu fuq proġett partikolari għall-Isptar, altru milli rreżenjajt.' 

 

 

 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat editur tal-gazzetta Illum f'Lulju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print u magħruf għall-istejjer investigattivi tiegħu. Qabel ma sar ġurnalista kien għalliem tal-Ingliż u jikteb fuq il-ġurnali bħala opinjonista dwar temi soċjali u politiċi.