Żigużajg jippreżenta l-produzzjoni 'HOME'...

Il-produzzjoni 'HOME' hija nisġa narrattiva ċinematika permezz ta’ leħen ewlieni skont kif tidher fil-vjaġġ tal-ħajja ta’ raġel waħdu

Ruben Anthony Xuereb / 7 ta' Novembru 2016 15:20
Il-Produzzjoni 'HOME' waqt Żigużajg
Żigużajg jippreżzenta... HOME (Eta’: 10+)

'Home' tesplora l-kunċett tal-identità. Iċ-ċaqliq u d-dinamiċi li l-ħin kollu jinbidlu u li jiddeterminaw min aħna jipprovdu kostrutt fluwidament evolut li jesplora ċ-ċiklu tal-ħajja.

F’dan ix-xogħol ġdid, b’koreografija tad-direttur artistiku Mavin Khoo, iż-żeffiena ta’ ŻfinMalta Dance Ensemble jinsġu narrattiva ċinematika permezz ta’ leħen ewlieni skont kif tidher fil-vjaġġ tal-ħajja ta’ raġel waħdu. Akkumpanjat mill-‘ħsibijiet’ tal-eżistenza preċedenti tiegħu, huwa jimxi l-vjaġġ ċiċliku tal-ħajja waqt li jgħaddi mill-esperjenza tattwelid, it-tfulija, l-imħabba, it-traġedja u l-mewt. Iż-żifna titlobna nqisu mill-ġdid il-kunċett ta’ dar bħala post strutturali fejn wieħed jgħix.

Jidher li l-kostruzzjoni tal-identità permezz tan-navigazzjoni kostanti tal-ħajja qalb ir-regoli soċjali jiddetermina min aħna. Imma għaliex?

'HOME' se tkun qed tittella' :

IL-ĠIMGHA 18 TA’ NOVEMBRU 2016: 10:00, 12:00

IS-SIBT 19 TA’ NOVEMBRU 2016: 16:30, 18:30

IL-ĦADD 20 TA’ NOVEMBRU 2016: 16:30, 18:30

 

Għal aktar informazzjoni dwar l-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Żigużajg żur is-sit www.ziguzajg.org