Jibdew it-trikki trakki bejn il-'kbir' Mourinho u 'ż-żgħir' Mata

Isostitwixxa lil Mata għax kien l-iqsar player fil-ground

John Busuttil / 8 t'Awwissu 2016 15:14
Juan mata, il-player Spanjol ta' Manchester Utd ġie sostitwit wara 20 minuta li kien għadu kif daħal minn sostitut b'deċiżjoni tal-'kbir' Mourinho. Mourinho qal li hu sostitwixxa lil Mata għax kien l-iqsar player fil-ground. "Għax dak il-ħin konna qed nistennew ħafna blalen fit-tul u fl-għoli" qal Mourinho. Din il-bidla u r-raġuni kienet waħda umiljanti għal Mata li hu twil 5 piedi u 7 pulzieri li xejn ma ħad d-deċiżjoni ta' Mourinho tajjeb. L-eks Player Murphy qal li dan kien messaġġ għal Mata li meta kien mac-Chelsea taħt Mourinho kien inbiegħ lil United għas-somma ta' €37 miljun fl-2014. "Mata kien umiljat pubbblikament quddiem il-partitarji tiegħu u quddiem il-familja tiegħu. Ma nemminx li jagħmel sal-aħħar t'Awwissu mat-team ta' Mourinho," qal Murphy. Mourinho mar jitfa jdejh fuq spallejn Mata meta biddlu ma' Henrikh Mkhitaryan li hu twil 3 pulizieri aktar minn Mata, iżda l-player Spanjol baqa miexi u ma mpressjona xejn ruħu bit-tgħanniqa ta' Mourinho,

Mourinho qal li huma riedu jirbħu u la rebħu x-shield kulħadd hu kuntent wara kollox. 

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.