'Cross-Country' tal-mountain bikes

'Cross-Country’ - National Points Series 2016

Staff Reporter / 25 ta' Lulju 2016 15:27
'Cross Country' - National Points Series tal-mountain bikes
Numru inkoraġġanti ta' parteċipanti u dilettanti inġabru l-bierah fl-Imġarr għat-tieni rawnd tal ‘Cross Country – National Points Series’ organizzat mill-Malta Mountain Bike Association u sponsorjat minn Magri Cycles.

Iċ-ċirkwit 4.5km, bi sfond uniku u sabiħ tal-Ġnejna u Għawdex kien kkaratterizzat minn blat,  inżul tekniku u passaġġi dojoq, konċentrazzjoni massima u grad għoli ta' kontroll tar rota.

Bħal ma ġara  fil-tellieqa tal gimgħa ta' qabel, it-tellieqa kienet ikkontestata minn 6 dawriet fil-kategorija Elite, 5 dawriet fil-kategorija tan-nisa u 4 dawriet fil-kategorija li qed iżżid ħafna popolarità li hija dik ‘Sport’.

Fl-istadji inizjali immedjatament indikaw li l-kategorija Elite kieetn pratikament kontestata bejn Maurice Formosa (The Cyclist) u Mark Bonnici (Agones SFC). Dawn żammu pass b’saħħtu ħafna, b’Formosa jieħu l-vantaġġ fil-5 dawra u eventwalment jirbaħ f'01:18:25. 

Bonnici daħal fit-tieni post f’01:20:01. Etienne Bonello kien fi triqtu lejn it-3 post konsekutiv tiegħu madankollu problemi mekkaniċi sfurzawh biex inaqqas, fejn Ramon Grech (Agones SFC) qabżu fl-aħħar żewġ dawriet biex jispicca it tielet f’01:25:26

Fil kategorija tan-nisa Marie Claire Aquilina (The Cyclist) rebħet it tellieqa f’hin impressjonanti ta' 01:16:45 u r-rebbieha tal-ġimgħa l-oħra, Danica Bonello Spiteri (Team Greens) spiċċat fit-tieni post f’01:24:37, għalkemm sofriet ħsara teknika matul it-tellieqa. Claudine Gatt daħlet fit-tielet post f’01:23:22.

Fil-kategorija ‘Sport’ it-tellieqa kienet kompetitiva ħafna bl-ewwel tlieta jidħlu biss 18-il sekonda bogħod minn xulxin, b’Alex Gatt darb'oħra wera prestazzjoni tajba biex daħal l-ewwel f’01:00:15, Francesco Sultana fit-tieni post qrib ħafna f’01:00:19 u Ryan Darmanin fit-tielet post f’hin ta’ 01:00:33.