X'Treme Trials u EnduroCross f'Għawdex

It-trekk artificjali, mimlija ostakli, ser tipprovdi ‘challenge’ mhux hafif ghal sewwieqa membri fl-Assoċċjazzjoni flimkien ma’ sewwieqa Maltin.  

John Busuttil / 20 ta' Lulju 2016 09:07
Ir-ritratt juri azzjoni mill-ewwel edizzjoni tal-Xtreme Trials & Endurocross I, fil-Munxar, Ghawdex.
Fl-okkazzjoni tal-Kercem Fiesta 2016, festa ta’ muzika, kant, zfin u hafna attivitajiet ohra, il-Gozo Motocross Association, b’kollaborazzjoni shiha mal-Kunsill Lokali Ta’ Kercem, tixtieq tavża li ser torganizza it-tieni edizzjoni ta’ Xtreme Trials & EnduroCross.

Wara s-success kbir li kellha l-ewwel edizzjoni li saret fil-Pjazza tal-Munxar, din id-darba dan l-avveniment, li jinkorpora fih kompetizzjonijiet u wirjiet interessanti u ecitanti minn sewwieqa ta’ muturi Trials, Enduro u Motocross,  ser isir gewwa r-rahal ta’ Kercem.

It-trekk artificjali, mimlija ostakli, ser tipprovdi ‘challenge’ mhux hafif ghal sewwieqa membri fl-Assoċċjazzjoni flimkien ma’ sewwieqa Maltin.  

It-trekk  ser tkun armata apposta fi spajzju enormi fil-berah, bejn il-Gimgha u s-Sibt filghaxija, 28 u 29 ta’ Lulju. Taht dawl artificjali, il-kompetizzjonijiet jibdew fit-8pm, u ser joffru spettaklu uniku ghal dawk kollha prezenti.

Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jżur il-paġna ta’ facebook – Gozo Motocross Association jew imejl  [email protected]

jew lill-Kunsill Lokali ta’ Kercem fuq 21563666/79829778 jew imejl [email protected]

 

 

 

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.