filmat | L-aħħar għajta tal-Vikingi

Eluf kbar laqgħu lit-tim Iżlandiż fejn għall-aħħar darba għamlu ċ-ċapċipa tal-Vikingi 

Veronica Lynn Mizzi / 5 ta' Lulju 2016 09:48
It-tim Iżlandiż idur it-toroq biex isellem lill-pubbliku li appoġġjah
It-tim Nazzjonali Iżlandiż, li kontra kull mistenni wasal fil-kwarti tal-finali tat-turnew Euro 2016, ilbieraħ irritorna lura f'pajjiżu. Hemmhekk, ingħata laqgħa sabiħa minn eluf ta' persuni.

It-tim li seraq qalb kull persuna li għandha għall-qalbha l-futbol, għall-aħħar darba għamel iċ-ċapċipa li saret sinonima ma' dan it-tim, li ġiet imlaqqma ċapċipa tal-Vikingi. 

Eluf kbar ingħaqdu mat-tim nazzjonali sabiex isellmulhom anke fit-toroq tal-belt kapitali Reykjavik. Il-plejer tat-tim li fl-aħħar logħba skorja l-gowl ta' konsolazzjoni fit-telfa ta' 5-2 kontra t-tim Franċiż, Kolbeinn Sigthorsson qal li kien kuntent li issa jinsab lura pajjiżu. Qal ukoll li, "kienet ħolma li saret realtà li jkollok dak it-tip ta' sapport." Fi Franza, kien hemm madwar 30,00 iżlandiż isegwi lit-tim, li jammonta għal madwar 10% tal-pajjiż.