Manchester City jistgħu jiffaċċjaw ‘transfer ban’ minħabba żagħżugħ Malti

Ġie trasferit minn Floriana għal Manchester City meta kellu 13-il sena

John Busuttil / 12 ta' Mejju 2016 14:58
​Manchester City u l-kowċ ġdid tagħhom jistgħu jiffaċċjaw ‘transfer ban’ wara li ħarġet l-aħbar li qed jiġu nvestigati fuq dak li jidher li hu trasferiment illegali. Dan minħabba l-fatt li l-player konċernat kien taħt it-18-il sena meta rreġistra magħhom.

Il-FIFA qed tara l-każ tat-trasferiment ta’ Myles Beerman li għandu ċittadinanza doppja, dik maltija u dik Ingliża, li ngħaqad mas-City mingħand Floriana meta kellu 13-il sena, fl-2014. Fejn ma’ Manchester City rebaħ ukoll il-kampjonat taż-żgħażagħ.

Il-gazzetta Taljana Gazzetta dello Sport irrapurtat li l-kumitat tad-dixxiplina tal- FIFA meta qed jistudjaw dan it-trasferiment li sar meta t-tifel kien taħt l-eta legali biex isir it-trsaferiment.

Il-FIFA talbet lil Floriana u lill-MFA biex tibgħatilhom id-dokumenti tat-trasferiment ta’ bejn l-2012 u l-2014, meta Beerman ingħaqad mal-club tal-Premier.Jekk dan ikkun ppruvat allura is-City jkunu kisru l-artiklu 19 tar-regoli tal-FIFA fuq it-trasferimenti tal-players. Dan ifisser li Manchester City qed potenzjalment jiffaċċjaw ‘transfer ban’ bħalma diġa saru fuq diversi clubs oħra li kisru din ir-regola.

Jekk dan isir ifisser li Guardiola se jiffaċċja għadma iebsa fejn ma jistax isaħħaħ il-club tiegħu għax din il-‘ban’ tibda b’effett qabel it-tieqa tat-trasferimenti tas-Sajf.

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.