Zammit Lewis qed jiġi mbuttat għal Deputat Mexxej

Ritratt tiegħu u messaġġi ta' appoġġ qed iduru mal-facebook kollu

John Busuttil / 29 t'April 2016 15:31
Diversi attivisti Laburisti u delegati qed idawru ritratt u paragrafu dwar is-suċċess ta' Edward Zammit Lewis fil-qasam ta' Turiżmu u fl-istess ħin jimbuttawh biex ikun hu li jieħu l-kariga ta' deputat Mexxej flok il-vojt li issa ħalla Konrad Mizzi wara li ġie mneħħi mill-istess kariga mill-mexxej Laburista, Joseph Muscat.

Edward Zammit Lewis hu wieħed mill-ħbieb kbar tal-istess Prim Ministru fejn anke ġieli marru vaganzi flimkien mal-familji rispettivi tagħhom. Il-kliem eżatt li qed jidher taħt l-istess ritratt hu dan

Ministru li ksibt rizultati mill-aqwa fl-oqsma ta' dikasteru tieghek. Ninsab konvint li Partit ghandu bzonnok f'rwol gdida dik ta Deputat Mexxej. Konvint li tirbah b'vot qawwi l-maggoranza ta' delegati, ghax apparti il-hiliet li ghandek, bil-karizma li ghandek tirbah il-qlub ta hafna mi delegati tal-Partit

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.