‘Ma, meta narak tifraħ, qalbi tinfetaħ’ - Maria Pia

Intervista esklussiva fl-ILLUM ta' għada mal-ewwel atleta li rebħet midalja internazzjonali f'Għawdex

John Busuttil / 23 t'April 2016 09:39
Maria Pia Saliba
Dan kien kliem li ħareġ spontanju minn fomm atleta Għawdxija ta’ 17-il sena b’abilitajiet speċjali wara li semgħet lill-ommha tgħidilna li malli rat lil bintha tirbaħ għalqet għajnejha u bkiet bil-ferħ.

F’dawn il-jiem li għaddew Maria Pia Saliba, tfajla Għawdxija mix-Xewkija bil-kundizzjoni Down Syndrome għamlet unur lilha, lil familja tagħha, lil Malta u speċjalment lill-Għawdex meta ħadet lejn il-gżira ħkejkna ta’ Għawdex tliet midalji mirbuħa fli special olympics li saru f’Ċipru. L-għawwiema żagħżugħa rebħet il-bronż fil-50 metru backstroke, il-fidda fil-25 metru ‘butterfly’ u d-deheb fil-medley 4 x 50 metru. Biex b’hekk Maria Pia hi l-unika atleta Għawdxija li qatt rebħet midalji fl-isfera internazzjonali. Kisba kbira li turi li l-barrieri qegħdin hemm biex jinqabżu.

Intervista esklussiva mimlija umanita u pożittivita fl-ILLUM ta' għada l-Ħadd

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.