Il-Captain ta' B'Kara Pawlu Fenech jingħaqad ma' Balzan

Somma flus u bidla ma' Edison Bilbao Zarate huwa 

John Busuttil / 4 ta' Jannar 2016 10:58
Skont aħbar li dehret fuq is-sit sportiv 'L-Argument' Paul Fenech huwa player ta Balzan FC wara li ntlaħaq ftehim bejn iż-żewġ clubs. Il-Captain ta' B'Kara ingħaqad ma' Balzan għal somma flus u bi tpartit ma' Edison Bilbao Zarate li issa huwa player ta Birkirkara FC.

Kollox mistenni jkun konkluż illum bil-firem rispettivi tal players kif ukoll ta zewg clubs.

 

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.