Wirja dwar l-Assedju l-Kbir f'Għawdex

Staff Reporter / 4 t'Awwissu 2015 16:34
Nhar il-Gimgha, 7 t'Awwissu se tiġi inawgurata wirja kommemorattiva fejn matulha se jiġu esebiti dokumenti li jinsabu fil-Librerija Nazzjonali t'Għawdex u li huma inmal-ġrajja storika tal-Assedju l-Kbir kif ukoll mal-istorja tal-Ordni tal-Kavallieri ta' San Gwann li għandu storja mpekkabbli kif ukoll kellu sehem assidwu fin-nisġa tal-anniversarju li pajjiżna qed ifakkar, jiġifieri l-450 sena mill-Assedju l-Kbir ta' Malta.

Din l-esebizzjoni hi mistennija li tkun inawgurata uffiċjalment minn Anton Refalo, Ministru għal Għawdex fid-9 ta' filgħodu. Inħeżżu lill-pubbliku ġenerali sabiex iżur din il-wirja u se tkun miftuħa fil-ħinijiet tal-ftuħ tal-Librerija. Il-wirja se tibqa' miftuħa sas-7 ta' Settembru.