Shady Lady

Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl.  Ibagħtu lil [email protected]

Staff Reporter / 28 ta' Lulju 2015 17:02
Għeżież qarrejja tal-gazzetta IILLUM, 

Jiena Beppe Fenech Adami, il-Membru Parlamentari u nitkellem  bil-‘psi’ u l-‘pse’. Nixtieq ninfurmakhom li minn issa ‘l quddiem se nkun qed nibbaża l-informazzjoni kollha tiegħi fuq dak li tgħid id-defni.  

Bħal ma tafu id-defni hija tarka għall-pi enne.  Naf li titkellem bil-ħdura u l-mibgħeda, imma x’nitnejjek! Anzi kieku ma kinitx kerha pesti u kellha sorma kbir daqs rawndebawt, kieku ngħid li nitlaq kollox u mmur ngħix magħha.

Min jaf kemm fiha gost.  Imma nibża li  nispiċċa b’ xi platt fuq rasi bħal ma ġralu r-raġel pastizz li għandha.

Issa importanti tapprezzaw li meta d-defni attakkat l-bar fil-Belt fejn jintefa Chris Cardona għażlet li ma ssemmix in-nazzjonalisti kollha li jixorbu hemm, inkluż membri parlamentari, avukati u periti!

‘Shady’ għax ovjament riedet tgħid li jsiru ħwejjeġ ‘very wrong.’   Għalkemm m’għandiex prova waħda mġiddma li hemm affarijiet ħżiena jew illegali. Jien x’nitnejjek!

Jien mill-ewwel irrepetejt dik li qalet id-defni (t-tarka tal-Pi enne) mingħajr ma tajt każ li f’dan il-bar jixorbu wkoll ħafna nies li huma ħbieb tiegħi.  

Xtaqt insemmihom imma ma rridx naqa għan-nejk.

Isma jien m’inix bniedem kattiv bħal ma jpinġuni ħafna nies, lanqas jien intelliġenti ħafna, anzi l-oppost. 

Insomma, nixtieq ngħid li qabel ma ddeċidejt li noħrog ngħajjar u nagħmilha ta’ pappagall tad-defni ddiskutejt kollox ma’ Simon u ovjament ma’ Marju wkoll.  

Iva Marju DeMarco, dak li jagħmel xi xogħol ta’ avukat ma’ Tumas.  

Iva ħija!  Bħal Claudio ta’ Austin, ma tafux, li jagħmel xogħol maċ-ċaqnu? U iva bħal ma kont nagħmel jien u sieħbi Michael Falzon tal-lejber.

Insomma, Marju u Simon qablu miegħi.  Marju kien daqxejn ħosbien.  Għax tafux, darba minnhom id-defni għamlet inswinazzjonijiet koroh fuq missieru Gwido.   Alla ħares kont jien għax kont …..  

Insomma insinwazzjonijiet koroh tafux. 

Imma minn dak iż-żmien kollox inbiddel għal-defni, minn meta ltaqgħet ma’ Riċċard. Minn dik il-ġurnata saret bħali, temmen li n-Nazzjonalist huma razza speċjali u l-lejburisti huma qabda kwadri u ċwieċ.

Issa, ħa niftehmu, jien qed ngħid kollox biċ-ċajt.

Issa billi għedt li l-bar huwa shady, x’hemm ħażin?  L-aqwa li waħħaltu lil Chris Cardona.

Jien x’ala l-bubun!

Jien kont naf,  per eżempju,  li Silvan Fenech m’ għandux x’jaqsam ma’ electrogas għax m’għadux shareholder aktar tat-Tumas Group, imma jien x’nitnejjek!  

Imma kien jaqbel li nagħti l-impressjoni li hu għandu x’jaqsam  biex nħammeġ lil Chris, hux.

Staqsewni “għalfejn ma ssemmiex lil Joe Gasan meta issemmi lil Electrogas?” u weġibthom li jien nsemmi lil min irid.

Imbgħad qaluli oqgħod attent, għax jekk titfa t-tajn titħammeġ int.

U staqsejthom “min? Jien?”  U qaluli “u issa Beppe, mhux kullħadd għandu xi jxomm, int ma kontx ħabib ta’ dak tal-petrol station ta’ H’Attard?  U imbgħad xi tgħid dwar ħbiebek kuntratturi?”

Qaluli “Beppe m’intix verġni tafx”.

U jien b’umiltà kbira rrispondejt “jien Beppe Fenech Adami u jiena nista nitfa’ tajn fuq ħaddieħor għax jien Nazzjonalist u aħna n-nazzjonalisti postna mhux fuq in-naħa tal-oppożizzjoni imma fil-gvern.

U mbagħad kien hemm bravu li qal, “Imma Beppe ma qalulekx li inti għandek 15 il-sena fl-oppożizzjoni?”

U jien b’ton ċajtier għedtlu, “mur ara kemm tkun kerha defni ta’ 65”

Ommi ma, x’biża!

Għalissa ciao ħbieb, u toqgħodux tinkwetaw, jiena ħa nibqa konsistenti kif dejjem kont – iġifieri li jekk jkun hemm xi ħadd lejburist jieħu drink ġewwa xi bar jien ha ngħid li dak il-bar huwa shady.  U niġi naqa u nqum jekk nirovinalu n-negozju.

Għax my name is Beppe!

U jien x’nitnejjek!